Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0820

    Kawża T-820/19: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2019 – Totalizator Sportowy vs EUIPO – Lottoland Holdings (LOTTOLAND)

    ĠU C 45, 10.2.2020, p. 82–83 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.2.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 45/82


    Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2019 – Totalizator Sportowy vs EUIPO – Lottoland Holdings (LOTTOLAND)

    (Kawża T-820/19)

    (2020/C 45/68)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Totalizator Sportowy sp. z o.o. (Warsaw, il-Polonja) (rappreżentant: B. Matusiewicz-Kulig, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lottoland Holdings Ltd (Ocean Village, Ġibiltà)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “LOTTOLAND” – Trade mark tal-Unjoni Nru 11 369 981

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Ottubru 2019 fil-Każ R 97/2019-4

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tiddikkjara li t-trade mark tal-Unjoni 11 369 981 LOTTOLAND għandha tibqa’ fis-seħħ għas-servizzi kollha li t-trade mark ikkontestata kienet ġiet irreġistrata għalihom fil-klassi 42;

    temenda d-deċiżjoni kkontestata billi tiddikkjara t-trade mark tal-Unjoni 11 369 981 LOTTOLAND invalida fl-intier tagħha, inkluż is-servizzi li t-trade mark ikkontestata kienet ġiet irreġistrata għalihom fil-klassi 42;

    sussidjarjament

    tibgħat lura l-każ quddiem l-EUIPO

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625 tal-5 ta’ Marzu 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) 2017/1430.


    Top