Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0646

Kawża T-646/18: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ottubru 2018 – Bonnafous vs Il-Kummissjoni

ĠU C 25, 21.1.2019, p. 42–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/42


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ottubru 2018 – Bonnafous vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-646/18)

(2019/C 25/55)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Laurence Bonnafous (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Blot u S. Rodrigues, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

konsegwentement,

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

Insostenn tar-rikors tiegħu għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Ottubru 2018 li tiċħad talba konfermatorja għal aċċess għal dokument (ir-Rapport tal-Awditur tal-2018 tar-Riżorsi Umani tal-Aġenzija Eżekuttiva “Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura” bin-numru tar-reġistrazzjoni interna ARES(2018)361356 u bid-data tal-21 ta’ Jannar 2018), ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tar-Regolament Nru 1049/2001, tal-Artikolu 15(3) TFUE u tal-Artikolu 42 tal-Karta, minħabba l-fatt li l-Kummissjoni kisret l-obbligi li huma imposti fuqha b’applikazzjoni tad-dritt tal-pubbliku li jaċċedi għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet u tad-dmir ta’ trasparenza.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 296 TFUE u tal-Artikolu 41 tal-Karta, jiġifieri l-obbligu ta’ motivazzjoni, billi l-analiżi żviluppata fid-deċiżjoni kkontestata rrikorriet għal dikjarazzjonijiet ġenerali u għal motivi espressi b’mod astratt.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, minħabba li l-Kummissjoni rrifjutat l-aċċess għad-dokument mitlub u billi invokat b’mod żbaljat il-preżunzjoni ġenerali ta’ nuqqas ta’ żvelar.


Top