Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0661

    Kawża C-661/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fit-22 ta’ Ottubru 2018 – CTT – Correios de Portugal vs Autoridade Tributária e Aduaneira

    ĠU C 25, 21.1.2019, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.1.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 25/22


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fit-22 ta’ Ottubru 2018 – CTT – Correios de Portugal vs Autoridade Tributária e Aduaneira

    (Kawża C-661/18)

    (2019/C 25/26)

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: CTT – Correios de Portugal

    Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

    Domandi preliminari

    1)

    Il-prinċipji ta’ newtralità, ta’ effettività u ta’ ekwivalenza kif ukoll ta’ proporzjonalità jipprekludu interpretazzjoni tal-Artikolu 98(2) tas-CIVA (1) fis-sens li dan l-artikolu ma japplikax għal sitwazzjonijiet ta’ tibdil jew regolarizzazzjoni tat-tnaqqis li jkun sar?

    2)

    Il-prinċipji msemmija jipprekludu leġiżlazzjoni bħall-Artikolu 23(1)(b) u (6) tas-CIVA, interpretat fis-sens li l-persuna taxxabbli li tkun għażlet metodu ta’ koeffiċjenti u/jew formula ta’ tqassim għall-kalkolu tad-dritt għal tnaqqis tat-taxxa mħallsa għal oġġetti u servizzi ta’ użu mħallat u li tkun wettqet il-korrezzjoni fuq il-bażi ta’ valuri definittivi li jirrigwardaw is-sena li għaliha jirreferi t-tnaqqis, fejn skont l-Artikolu 23(6) tali elementi ma jistgħux jiġu mibdula retroattivament, billi tkun ikkalkolat mill-ġdid it-tnaqqis inizjali li kien ġie preċedentement irregolarizzat skont din id-dispożizzjoni, fil-kuntest tal-kalkolu retroattiv tal-VAT fir-rigward ta’ attività li inizjalment qieset li kienet eżentata?


    (1)  Código do Imposto sobre o Valor Acrescentado (Kodiċi tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud)


    Top