Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0648

Kawża C-648/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul București (ir-Rumanija) fis-17 ta’ Ottubru 2018 – Autoritatea națională de reglementare în domeniul energiei (ANRE) vs Societatea de Producere a Energiei Electrice în Hidrocentrale Hidroelectrica SA

ĠU C 25, 21.1.2019, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul București (ir-Rumanija) fis-17 ta’ Ottubru 2018 – Autoritatea națională de reglementare în domeniul energiei (ANRE) vs Societatea de Producere a Energiei Electrice în Hidrocentrale Hidroelectrica SA

(Kawża C-648/18)

(2019/C 25/23)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul București

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Autoritatea națională de reglementare în domeniul energiei (ANRE)

Konvenuta: Societatea de Producere a Energiei Electrice în Hidrocentrale Hidroelectrica SA

Domanda preliminari

L-Artikolu 35 TFUE jipprekludi interpretazzjoni tal-Artikolu 23(1) u tal-Artikolu 28(c) tal-Lega energiei elettrice şi a gazelor naturale nr. 123/2012 (il-Liġi Nru 123/2012 dwar l-Elettriku u l-Gass Naturali) li abbażi tagħha l-produtturi tal-elettriku fir-Rumanija huma meħtieġa jikkumerċjalizzaw l-elettriku kollu prodott minnhom esklużivament f’suq kompetittiv iċċentralizzat fir-Rumanija, ladarba huwa possibbli li l-enerġija tiġi esportata, mhux direttament, iżda permezz ta’ kumpanniji kummerċjali?


Top