EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0017

Kawża C-17/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Mureş (ir-Rumanija) fid-9 ta’ Jannar 2018 – Proċeduri kriminali kontra Virgil Mailat, Delia Elena Mailat u Apcom Select SA

ĠU C 123, 9.4.2018, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 123/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Mureş (ir-Rumanija) fid-9 ta’ Jannar 2018 – Proċeduri kriminali kontra Virgil Mailat, Delia Elena Mailat u Apcom Select SA

(Kawża C-17/18)

(2018/C 123/16)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Mureş

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Virgil Mailat, Delia Elena Mailat, Apcom Select SA

Domandi preliminari

1)

Il-konklużjoni ta’ ftehim li permezz tiegħu kumpannija tikri bini lil kumpannija oħra li fih kienu jitwettqu attivitajiet speċifiċi ta’ għoti ta’ alimentazzjoni lill-pubbliku f’ristorant, flimkien mat-tagħmir u mal-beni tal-inventarju kollha, u l-kumpannija kerrejja tkompli twettaq l-istess attivitajiet ta’ għoti ta’ alimentazzjoni lill-pubbliku f’ristorant bl-istess isem bħal dak użat preċedentement, tikkostitwixxi trasferiment ta’ attività fis-sens tal-Artikolu 19 u tal-Artikolu 29 tad-Direttiva 2006/112/KE (1)?

2)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, l-operazzjoni deskritta tirrappreżenta provvista ta’ servizzi li tista’ titqies bħala kiri ta’ proprjetà immobbli fis-sens tal-Artikolu 135(1)(l) tad-Direttiva tal-VAT jew bħala provvista ta’ servizzi kumplessi li ma tistax titqies bħala kiri ta’ proprjetà immobbli u li hija taxxabbli skont il-liġi?


(1)  ĠU 2006 L 347, p. 1.


Top