This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CA0814
Case C-814/18: Judgment of the Court (Seventh Chamber) of 22 January 2020 (request for a preliminary ruling from the College van Beroep voor het bedrijfsleven — Netherlands) — Ursa Major Services BV v Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit (Reference for a preliminary ruling — Common fisheries policy — Regulation (EC) No 1198/2006 — Article 55(1) — Financial contribution by the European Fisheries Fund (EFF) — Eligibility of expenditure — Condition — Expenditure actually paid by the beneficiaries — Meaning)
Kawża C-814/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Jannar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Colleg van Beroep voor het bedrijfsleven – il-Pajjiżi Baxxi) – Ursa Major Services BV vs Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit (“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika komuni tas-sajd – Regolament (KE) Nru 1198/2006 – Artikolu 55(1) – Kontribuzzjoni finanzjarja tal-Fond Ewropew għas-Sajd (FES) – Eliġibbiltà tal-infiq – Kundizzjoni – Nefqa li effettivament tħallset mill-benefiċjarji – Kunċett”)
Kawża C-814/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Jannar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Colleg van Beroep voor het bedrijfsleven – il-Pajjiżi Baxxi) – Ursa Major Services BV vs Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit (“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika komuni tas-sajd – Regolament (KE) Nru 1198/2006 – Artikolu 55(1) – Kontribuzzjoni finanzjarja tal-Fond Ewropew għas-Sajd (FES) – Eliġibbiltà tal-infiq – Kundizzjoni – Nefqa li effettivament tħallset mill-benefiċjarji – Kunċett”)
ĠU C 77, 9.3.2020, p. 5–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 77/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Jannar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Colleg van Beroep voor het bedrijfsleven – il-Pajjiżi Baxxi) – Ursa Major Services BV vs Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit
(Kawża C-814/18) (1)
(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika komuni tas-sajd - Regolament (KE) Nru 1198/2006 - Artikolu 55(1) - Kontribuzzjoni finanzjarja tal-Fond Ewropew għas-Sajd (FES) - Eliġibbiltà tal-infiq - Kundizzjoni - Nefqa li effettivament tħallset mill-benefiċjarji - Kunċett”)
(2020/C 77/07)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
College van Beroep voor het bedrijfsleven
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ursa Major Services BV
Konvenut: Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 55(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa applikabbli għar-relazzjoni bejn l-awtorità ta’ ġestjoni ta’ programm operattiv u l-benefiċjarju ta’ sussidju mogħti skont il-Fond Ewropew għas-Sajd, b’tali mod li din id-dispożizzjoni tista’ tiġi invokata fil-konfront ta’ dan il-benefiċjarju. |
2) |
L-Artikolu 55(1) tar-Regolament Nru 1198/2006 għandu jiġi interpretat fis-sens li ammont iffatturat lill-benefiċjarju ta’ sussidju mogħti abbażi tal-Fond Ewropew għas-Sajd u mħallas minnu jista’ jiġi kkunsidrat bħala nefqa effettivament imħallsa, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, anki jekk it-terz li jkun iffattura dan l-ammont ukoll jagħti kontribuzzjoni finanzjarja għall-proġett issussidjat, jew billi jagħmel tpaċija bejn dejn fir-rigward tal-benefiċjarju u dejn ta’ dan tal-aħħar fir-rigward tiegħu, li jirriżulta mill-impenn li huwa ħa li jipprovdi kontribuzzjoni, jew billi joħroġ fattura separata, bil-kundizzjoni li n-nefqa u l-kontribuzzjoni kkonċernata jkunu debitament iġġustifikati minn fatturi mħallsa jew minn dokumenti tal-kontabbiltà ta’ valur probatorju ekwivalenti, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju. |