This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CA0177
Case C-177/18: Judgment of the Court (Second Chamber) of 22 January 2020 (request for a preliminary ruling from the Juzgado de lo Contencioso-Administrativo No 14 de Madrid — Spain) — Almudena Baldonedo Martín v Ayuntamiento de Madrid (Reference for a preliminary ruling — Social policy — Directive 1999/70/EC — Framework agreement on fixed-term work concluded by ETUC, UNICE and CEEP — Clause 4 — Principle of non-discrimination — Clause 5 — Measures to prevent abuse arising from the use of successive fixed-term employment contracts or relationships — Compensation if the employment relationship is terminated — Articles 151 and 153 TFEU — Articles 20 and 21 of the Charter of Fundamental Rights of the European Union — Applicability — Difference of treatment based on whether a public or private regime, within the meaning of national law, governs the employment relationship)
Kawża C-177/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Jannar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo no 14 de Madrid - Spanja) – Almudena Baldonedo Martín vs Ayuntamiento de Madrid (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Direttiva 1999/70/KE – Ftehim qafas ETUC, UNICE u CEEP dwar ix-xogħol għal żmien determinat – Klawżola 4 – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Klawżola 5 – Miżuri intiżi sabiex jipprekludu l-abbużi li jirriżultaw mill-użu ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi – Kumpens f’każ ta’ tmiem tar-relazzjoni tax-xogħol – Artikoli 151 u 153 TFUE – Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Applikabbiltà – Differenza fit-trattament ibbażata fuq in-natura pubblika jew privata, fis-sens tad-dritt nazzjonali, tas-sistema li tirregola r-relazzjoni tax-xogħol)

ĠU C 77, 9.3.2020, p. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 77/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Jannar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo no 14 de Madrid - Spanja) – Almudena Baldonedo Martín vs Ayuntamiento de Madrid
(Kawża C-177/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas ETUC, UNICE u CEEP dwar ix-xogħol għal żmien determinat - Klawżola 4 - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Klawżola 5 - Miżuri intiżi sabiex jipprekludu l-abbużi li jirriżultaw mill-użu ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi - Kumpens f’każ ta’ tmiem tar-relazzjoni tax-xogħol - Artikoli 151 u 153 TFUE - Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Applikabbiltà - Differenza fit-trattament ibbażata fuq in-natura pubblika jew privata, fis-sens tad-dritt nazzjonali, tas-sistema li tirregola r-relazzjoni tax-xogħol)
(2020/C 77/04)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado Contencioso-Administrativo no 14 de Madrid
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Almudena Baldonedo Martín
Konvenuta: Ayuntamiento de Madrid
Dispożittiv
1) |
Il-klawżola 4(1) tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat], konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedi ebda ħlas ta’ kumpens la għall-ħaddiema għal żmien determinat impjegati bħala membri tal-persunal mhux permanenti u lanqas għall-uffiċjali li huma impjegati fl-ambitu ta’ relazzjoni tax-xogħol għal żmien indeterminat, fl-okkażjoni tat-tmiem tal-funzjonijiet tagħhom, filwaqt li hija tipprevedi l-ħlas ta’ tali kumpens għall-membri tal-persunal bil-kuntratt għal żmien indeterminat fl-okkażjoni tax-xoljiment tal-kuntratt tax-xogħol tagħhom għal raġuni oġġettiva. |
2) |
L-Artikoli 151 u 153 TFUE kif ukoll il-klawżola 4(1) tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat] għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedi ebda ħlas ta’ kumpens għall-ħaddiema għal żmien determinat impjegati bħala membri tal-persunal mhux permanenti, fl-okkażjoni tat-tmiem tal-funzjonijiet tagħhom, filwaqt li kumpens jingħata lill-membri tal-persunal bil-kuntratt għal żmien determinat mal-iskadenza tal-kuntratt tax-xogħol tagħhom. |