Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0795

    Kawża T-795/16: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2016 – Krasnyiy oktyabr vs EUIPO – Kondyterska korporatsiia “Roshen” (CRABS)

    ĠU C 6, 9.1.2017, p. 54–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.1.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 6/54


    Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2016 – Krasnyiy oktyabr vs EUIPO – Kondyterska korporatsiia “Roshen” (CRABS)

    (Kawża T-795/16)

    (2017/C 006/67)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Moscow Confectionery Factory “Krasnyiy oktyabr” OAO (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: O. Spuhler and M. Geitz, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dochirnie pidpryiemstvo Kondyterska korporatsiia “Roshen” (Kiev, l-Ukrajna)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “CRABS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 186 110

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Awwissu 2016 fil-Każ R 2507/2015-1

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top