Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0770

    Kawża T-770/16: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2016 – Korwin-Mikke vs Il-Parlament

    ĠU C 6, 9.1.2017, p. 50–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.1.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 6/50


    Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2016 – Korwin-Mikke vs Il-Parlament

    (Kawża T-770/16)

    (2017/C 006/62)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Janusz Korwin-Mikke (Jozefow, il-Polonja) (rappreżentant: M. Cherchi, avukat)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew

    Talbiet

    tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

    konsegwentement,

    tannulla d-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew tal-1 ta’ Awwissu 2016;

    tannulla d-deċiżjoni preċedenti tal-President tal-Parlament tal-5 ta’ Lulju 2016 li timponi l-istess sanzjonijiet;

    tordna l-kumpens għad-dannu finanzjarju u morali kkawżat mid-deċiżjonijiet ikkontestati, alternattivament tagħti lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 13 306;

    fi kwalunkwe każ, il-kundanna tal-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 166 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew, il-ksur tal-libertà tal-kelma u tal-espressjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea, biċ-ċirkustanza partikolari li d-dikjarazzjonijiet koperti mill- deċiżjoni saru minn Membru tal-Parlament Ewropew matul it-twettiq tad-dmirijiet tiegħu u fi ħdan il-konfini tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll tal-ksur tal-prinċipju ta’ motivazzjoni tal-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

    2.

    It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ motivazzjoni l-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, u/jew tal-ksur tal-prinċipju ġenerali ta’ imparzjalità.

    3.

    It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, tad-drittijiet tad-difiża, tal-ewwel pargrafu tal-Artikolu 166 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew.

    4.

    Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ motivazzjoni tal-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u tal-ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ne bis in idem.


    Top