Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0766

    Kawża T-766/16: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2016 – Hércules Club de Fútbol vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 6, 9.1.2017, p. 48–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.1.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 6/48


    Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2016 – Hércules Club de Fútbol vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-766/16)

    (2017/C 006/60)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Hércules Club de Fútbol, SAD (Alicante, Spanja) (rappreżentanti: S. Rating u Y. Martínez Mata, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    tannulla d-Deċiżjoni C (2016) 4060 finali tal-Kummissjoni Ewropea; u

    tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Il-parti tad-deċiżjoni kkontestata dwar Hércules CF tirrigwarda self li jammonta għal EUR 18-il miljun mogħti minn entità privata lill-Fundación de la Comunidad Valenciana Hércules de Alicante, entità privata oħra li użat parti sinjifikattiva mill-ammont misluf sabiex tissottoskrivi għal azzjonijiet ta’ Hércules CF meta kien hemm żieda fil-kapital tagħha. Dan is-self ġie ggarantit minn entità finanzjarja pubblika, l-Institut Valencià de Finances.

    Il-Kummissjoni tafferma li, b’riżultat ta’ din it-tranżazzjoni, Hércules CF ibbenefikat minn għajnuna mill-Istat, li tikkonsisti fid-differenza bejn l-ispiża reali tas-self iggarantit u l-ispiża li hija kienet sostniet f’allegati kundizzjonijiet tas-suq, attwalizzata mid-data tal-għoti sa’ dik tad-deċiżjoni.

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

    1.

    L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-applikazzjoni żbaljata tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanziji.

    F’dan ir-rigward ir-rikorrenti tafferma li hija ma kinitx “impriża f’diffikultà” skont il-linji gwida tal-2004, u li l-garanzija mogħtija kienet tieħu inkunsiderazzjoni r-riskju ta’ nuqqas ta’ ħlas u l-kollateralizzazzjoni tas-self.

    2.

    It-tieni motiv, invokat b’mod sussidjarju, ibbażat fuq l-assenza ta’ effett fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

    F’dan ir-rigward, Hércules CF tafferma li hija ma setgħetx tikkompeti fl-Ewropa u li l-allegata għajnuna ma kient tatha ebda benefiċċju kompetittiv.

    3.

    It-tielet motiv, ukoll invokat b’mod sussidjarju, ibbażat fuq il-kwantifikazzjoni żbaljata ta’ għajnuna ipotetika.


    Top