Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0756

    Kawża T-756/16: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2016 – Euro Castor Green vs EUIPO – Netlon France (Kannizzata li tgħatti l-veduta)

    ĠU C 6, 9.1.2017, p. 43–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.1.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 6/43


    Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2016 – Euro Castor Green vs EUIPO – Netlon France (Kannizzata li tgħatti l-veduta)

    (Kawża T-756/16)

    (2017/C 006/54)

    Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Euro Castor Green (Bagnolet, Franza) (rappreżentant: B. Lafont, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Netlon France (Saint Saulve, Franza)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti

    Disinn kontenzjuż ikkonċernat: disinn Komunitarju 001 197 966-0001

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-11 ta’ Awwissu 2016, fil-Każ R 754/2014-3

    Talbiet

    tikkonstata li r-rikors u l-annessi tiegħu huma ammissibbli;

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 6/2002;

    Ksur tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 6/2002;

    Ksur tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002;

    Ksur tal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 6/2002;

    Ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 6/2002.


    Top