This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CA0439
Case C-439/16 PPU: Judgment of the Court (Fourth Chamber Chamber) of 27 October 2016 (request for a preliminary ruling from the Spetsializiran nakazatelen sad — Bulgaria) — Criminal proceedings against Emil Milev (Reference for a preliminary ruling — Urgent preliminary ruling procedure — Judicial cooperation in criminal matters — Directive 2016/343/EU — Articles 3 and 6 — Temporal application — Review by the courts of the remand in custody pending trial of an accused — National legislation prohibiting, during the trial stage of the proceedings, inquiry into whether there are reasonable grounds to suspect that the accused has committed an offence — Incompatibility with Article 5(1)(c) and (4) of the European Convention on Human Rights — Discretion left by the national case-law to the national courts to decide whether or not to apply that convention)
Kawża C-439/16 PPU: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas- 27 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-iSpetsializiran nakazatelen sad – Il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra Emil Milev (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali — Direttiva (UE) 2016/343 — Artikoli 3 u 6 — Applikazzjoni ratione temporis — Stħarriġ ġudizzjarju tad-detenzjoni provviżorja ta’ akkużat — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi, matul il-fażi kontenzjuża tal-proċedura, l-eżami tal-eżistenza ta’ suspett raġonevoli li l-akkużat ikkometta reat — Kontradizzjoni mal-Artikolu 5(1)(c) u (4) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali — Marġni ta’ diskrezzjoni mogħti mill-ġurisprudenza nazzjonali lill-qrati nazzjonali sabiex jiddeċiedu jekk japplikawx jew le l-imsemmija konvenzjoni)

ĠU C 6, 9.1.2017, p. 23–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/23 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas- 27 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-iSpetsializiran nakazatelen sad – Il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra Emil Milev
(Kawża C-439/16 PPU) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Direttiva (UE) 2016/343 - Artikoli 3 u 6 - Applikazzjoni ratione temporis - Stħarriġ ġudizzjarju tad-detenzjoni provviżorja ta’ akkużat - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi, matul il-fażi kontenzjuża tal-proċedura, l-eżami tal-eżistenza ta’ suspett raġonevoli li l-akkużat ikkometta reat - Kontradizzjoni mal-Artikolu 5(1)(c) u (4) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali - Marġni ta’ diskrezzjoni mogħti mill-ġurisprudenza nazzjonali lill-qrati nazzjonali sabiex jiddeċiedu jekk japplikawx jew le l-imsemmija konvenzjoni))
(2017/C 006/28)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Spetsializiran nakazatelen sad
Parti fil-proċedura kriminali prinċipali
Emil Milev
Dispożittiv
L-opinjoni mogħtija fis-7 ta’ April 2016 mill-Varhoven kasatsionen sad (qorti suprema ta’ kassazzjoni, il-Bulgarija) fil-bidu tal-perijodu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/343, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-9 ta’ Marzu 2016, dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali, u li tagħti lill-qrati nazzjonali li għandhom kompetenza sabiex jiddeċiedu dwar rikors ippreżentat kontra deċiżjoni ta’ detenzjoni provviżorja, il-possibbiltà li jiddeċiedu jekk, matul il-fażi kontenzjuża tal-proċeduri kriminali, iż-żamma ta’ akkużat taħt detenzjoni provviżorja għandhiex tkun suġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju anki dwar jekk jeżistix suspett raġonevoli li huwa kkommetta r-reat li huwa akkużat bih, ma hijiex tali li tikkomprometti b’mod serju, wara l-iskadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni ta’ din id-direttiva, l-għanijiet mixtieqa minnha.