This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CA0304
Case C-304/16: Judgment of the Court (First Chamber) of 7 February 2018 (request for a preliminary ruling from the High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) — United Kingdom) — The Queen, on the application of: American Express Company v The Lords Commissioners of Her Majesty’s Treasury (Reference for a preliminary ruling — Regulation (EU) 2015/751 — Interchange fees for card-based payment transactions — Article 1(5) — Three party payment card scheme treated as equivalent to a four party payment card scheme — Conditions — Issuance by a three party payment card scheme of card-based payment instruments ‘with a co-branding partner or through an agent’ — Article 2(18) — Concept of ‘three party payment card scheme’ — Validity)
Kawża C-304/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) – ir-Renju Unit) – The Queen, fuq talba ta’: American Express Co. vs The Lords Commissioners of Her Majesty’s Treasury Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (UE) 2015/751 — Tariffi ta’ interkambju tat-tranżazzjonijiet ta’ ħlas permezz ta’ kard — Artikolu 1(5) — Assimilazzjoni ta’ skema ta’ kards ta’ ħlas ta’ tliet partijiet ma’ skema ta’ kards ta’ ħlas ta’ erba’ partijiet — Kundizzjonijiet — Ħruġ permezz ta’ skema ta’ kards ta’ ħlas ta’ tliet partijiet ta’ strumenti ta’ ħlas b’kard “flimkien ma’ sieħeb f’co-branding jew permezz ta’ aġent” — Punt 18 tal-Artikolu 2 — Kunċett ta’ “skema kards ta’ ħlas ta’ tliet partijiet” — Validità

ĠU C 123, 9.4.2018, p. 2–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 123/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) – ir-Renju Unit) – The Queen, fuq talba ta’: American Express Co. vs The Lords Commissioners of Her Majesty’s Treasury
(Kawża C-304/16) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (UE) 2015/751 - Tariffi ta’ interkambju tat-tranżazzjonijiet ta’ ħlas permezz ta’ kard - Artikolu 1(5) - Assimilazzjoni ta’ skema ta’ kards ta’ ħlas ta’ tliet partijiet ma’ skema ta’ kards ta’ ħlas ta’ erba’ partijiet - Kundizzjonijiet - Ħruġ permezz ta’ skema ta’ kards ta’ ħlas ta’ tliet partijiet ta’ strumenti ta’ ħlas b’kard “flimkien ma’ sieħeb f’co-branding jew permezz ta’ aġent” - Punt 18 tal-Artikolu 2 - Kunċett ta’ “skema kards ta’ ħlas ta’ tliet partijiet” - Validità)
(2018/C 123/02)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: The Queen, fuq talba ta’:American Express Co.
Konvenut: The Lords Commissioners of Her Majesty’s Treasury
fil-preżenza ta’: Diners Club International Limited, MasterCard Europe SA
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 1(5) tar- Regolament (UE) 2015/751 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar it-tariffi tal-interkambju għat-transazzjonijiet ta’ pagament permezz ta’ kard għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ ftehim bejn sieħeb ta’ co-branding jew aġent, minn naħa, u skema ta’ kards ta’ ħlas ta’ tliet partijiet, min-naħa l-oħra, ma huwiex neċessarju li dan is-sieħeb ta’ co-branding jew dan l-aġent jaġixxi bħala emittent, fis-sens tal-punt 2 tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament, sabiex l-imsemmija skema tkun ikkunsidrata bħala li toħroġ strumenti ta’ ħlas permezz ta’ kard ma’ sieħeb ta’ co-branding jew permezz ta’ aġent u sabiex tkun għalhekk ikkunsidrata bħala skema ta’ kards ta’ ħlas ta’ erba’ partijiet, fis-sens tal-ewwel waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet. |
2) |
L-eżami tat-tieni domanda preliminari ma żvela l-ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 1(5) u tal-punt 18 tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2015/751. |