Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0152

    Kawża C-152/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (Nuqqas ta’ Stat — Regolament (KE) Nru 1071/2009 — Regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu rrispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq — Artikolu 16(1) u(5) — Reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq — Nuqqas ta’ interkonnessjoni mar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-Istati Membri l-oħrajn)

    ĠU C 30, 30.1.2017, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.1.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 30/15


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

    (Kawża C-152/16) (1)

    ((Nuqqas ta’ Stat - Regolament (KE) Nru 1071/2009 - Regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu rrispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq - Artikolu 16(1) u(5) - Reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq - Nuqqas ta’ interkonnessjoni mar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-Istati Membri l-oħrajn))

    (2017/C 030/16)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: J. Hottiaux, aġent)

    Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentant: D. Holderer, aġent)

    Dispożittiv

    1)

    Peress li ma stabbilixxiex reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport tat-triq għalkollox konformi u interkonness mar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-Istati Membri l-oħrajn, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 16(1) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Ottubru 2009, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE.

    2)

    Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 191, 30.5.2016.


    Top