Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0184

    Kawża T-184/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2016 – Trivisio Prototyping vs Il-Kummissjoni (Għajnuna finanzjarja — Sitt programm kwadru għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni — Kuntratti li jirrigwardaw il-proġetti ULTRA, CINeSPACE u IMPROVE — Klassifikazzjoni mill-ġdid parzjali tar-rikors — Deċiżjoni li tagħti titolu eżekuttiv — Artikolu 299 TFUE — Klawżola ta’ arbitraġġ — Spejjeż eliġibbli — Rimbors tas-somom imħallsa)

    ĠU C 6, 9.1.2017, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.1.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 6/34


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2016 – Trivisio Prototyping vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-184/15) (1)

    ((Għajnuna finanzjarja - Sitt programm kwadru għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni - Kuntratti li jirrigwardaw il-proġetti ULTRA, CINeSPACE u IMPROVE - Klassifikazzjoni mill-ġdid parzjali tar-rikors - Deċiżjoni li tagħti titolu eżekuttiv - Artikolu 299 TFUE - Klawżola ta’ arbitraġġ - Spejjeż eliġibbli - Rimbors tas-somom imħallsa))

    (2017/C 006/41)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Trivisio Prototyping GmbH (Trier, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Bartosch u A. Böhlke, sussegwentement minn A. Böhlke, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude u F. Moro, aġenti, assistiti minn R. van der Hout u S. Blazek, avukati)

    Suġġett

    Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C (2015) 633 finali, tat-2 ta’ Frar 2015, dwar l-irkupru tal-ammont ta’ EUR 385 112,19, flimkien mal-interessi, u min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex tiġi kkonstatata l-ineżistenza tad-dejn li l-Kummissjoni qed tallega li għandha fir-rigward ta’ Trivisio Prototyping.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Trivisio Prototyping GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 262, 10.8.2015.


    Top