Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0292

    Kawża C-292/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vergabekammer Südbayern- il-Ġermanja) – Hörmann Reisen GmbH vs Stadt Augsburg, Landkreis Augsburg (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi — Servizzi pubbliċi ta’ trasport tal-passiġġieri b’xarabank — Regolament (KE) Nru 1370/2007 — Artikolu 4(7) — Subappalt — Obbligu għall-operatur li jwettaq huwa stess parti kbira mis-servizzi pubbliċi ta’ trasport tal-passiġġieri — Portata — Artikolu 5(1) — Proċedura tal-għoti ta’ kuntratt — Għoti ta’ kuntratt skont id-Direttiva 2004/18/KE)

    ĠU C 6, 9.1.2017, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.1.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 6/20


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vergabekammer Südbayern- il-Ġermanja) – Hörmann Reisen GmbH vs Stadt Augsburg, Landkreis Augsburg

    (Kawża C-292/15) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Servizzi pubbliċi ta’ trasport tal-passiġġieri b’xarabank - Regolament (KE) Nru 1370/2007 - Artikolu 4(7) - Subappalt - Obbligu għall-operatur li jwettaq huwa stess parti kbira mis-servizzi pubbliċi ta’ trasport tal-passiġġieri - Portata - Artikolu 5(1) - Proċedura tal-għoti ta’ kuntratt - Għoti ta’ kuntratt skont id-Direttiva 2004/18/KE))

    (2017/C 006/24)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Vergabekammer Südbayern

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Hörmann Reisen GmbH

    Konvenuti: Stadt Augsburg, Landkreis Augsburg

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2007, dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69 u Nru 1107/70, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizz ta’ trasport tal-passiġġieri b’xarabank, l-Artikolu 4(7) ta’ dan ir-regolament jibqa’ japplika għal dan il-kuntratt.

    2)

    L-Artikolu 4(7) tar-Regolament Nru 1370/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-iffissar mill-awtorità kompetenti ta’ 70 % tal-proporzjon tal-provvista awtonoma mill-operatur inkarigat bl-amministrazzjoni u bl-implementazzjoni ta’ servizz pubbliku ta’ trasport tal-passiġġieri b’xarabank, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali.


    (1)  ĠU C 294, 7.9.2015.


    Top