Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0220

    Kawża C-220/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Moviment liberu tal-merkanzija — Direttiva 2007/23/KE — Tqegħid fis-suq ta’ oġġetti pirotekniċi — Artikolu 6 — Moviment liberu ta’ oġġetti pirotekniċi konformi mar-rekwiżiti tad-direttiva — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta t-tqegħid fis-suq tal-oġġetti pirotekniċi għal rekwiżiti addizzjonali — Obbligu ta’ dikjarazzjoni preliminari fi ħdan korp nazzjonali awtorizzat sabiex jeżamina u jemenda l-istruzzjonijiet ta’ użu tal-oġġetti pirotekniċi)

    ĠU C 6, 9.1.2017, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.1.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 6/16


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

    (Kawża C-220/15) (1)

    ((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Moviment liberu tal-merkanzija - Direttiva 2007/23/KE - Tqegħid fis-suq ta’ oġġetti pirotekniċi - Artikolu 6 - Moviment liberu ta’ oġġetti pirotekniċi konformi mar-rekwiżiti tad-direttiva - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta t-tqegħid fis-suq tal-oġġetti pirotekniċi għal rekwiżiti addizzjonali - Obbligu ta’ dikjarazzjoni preliminari fi ħdan korp nazzjonali awtorizzat sabiex jeżamina u jemenda l-istruzzjonijiet ta’ użu tal-oġġetti pirotekniċi))

    (2017/C 006/19)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti D. Kukovec u C. Becker, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

    Konvenut: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze, J. Möller u K. Petersen, aġenti)

    Dispożittiv

    1)

    Billi tippreskrivi, lil hinn mir-rekwiżiti tad-Direttiva 2007/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Mejju 2007, dwar it-tqegħid fis-suq ta’ oġġetti pirotekniċi, u fin-nuqqas tal-evalwazzjoni preliminari tal-konformità tal-oġġetti pirotekniċi, minn naħa, li l-proċedura prevista fl-Artikolu 6(4) tal-Erste Verordnung zum Sprengstoffgesetz (l-ewwel regolament ta’ applikazzjoni tal-liġi dwar l-isplussivi), kif emendat bil-liġi tal-25 ta’ Lulju 2013, għandha tiġi applikata lilhom qabel it-tqegħid tagħhom fis-suq u, min-naħa l-oħra, li l-Bundesanstalt für Materialforschung und-prüfung (Istitut Ġermaniż għar-riċerka u l-ittestjar ta’ materjali) għandu s-setgħa, abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, li jeżamina u, skont il-każ, jemenda l-istruzzjonijiet ta’ użu tagħhom, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 6(1) ta’ din id-direttiva.

    2)

    Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 228, 13.07.2015.


    Top