Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0087

    Kawża T-87/14: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Frar 2014 – Islamic Republic of Iran Shipping Lines et vs Il-Kunsill

    ĠU C 129, 28.4.2014, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.4.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 129/30


    Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2014 – Islamic Republic of Iran Shipping Lines et vs Il-Kunsill

    (Kawża T-87/14)

    2014/C 129/37

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Islamic Republic of Iran Shipping Lines (Teheran, l-Iran); Hafize Darya Shipping Lines (HDSL) (Teheran); Khazar Shipping Lines (Anzali Free Zone, l-Iran); IRISL Europe GmbH (Hamburg, il-Ġermanja); IRISL Marine Services and Engineering Co. (Qeshm Island, l-Iran); Irano Misr Shipping Co. (Teheran); Safiran Payam Darya Shipping Lines (SAPID) (Teheran); Shipping Computer Services Co. (Teheran); Soroush Sarzamin Asatir Ship Management (Teheran); South Way Shipping Agency Co. Ltd (Teheran); u Valfajr 8th Shipping Line Co. (Teheran) (rappreżentanti: F. Randolph, QC, M. Lester, Barrister, u M. Taher, Solicitor)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/685/PESK, tas-26 ta’ Novembru 2013, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 316, p. 46) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1203/2013, tas-26 ta’ Novembru 2013, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 316, p. 1), sa fejn dawn japplikaw għar-rikorrenti;

    tiddikjara l-inapplikabbiltà fir-rigward tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/497/PESK, tal-10 ta’ Ottubru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 272, p. 46) u fir-rigward tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 971/2013, tal-10 ta’ Ottubru 2013, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 272, p. 1);

    tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Ir-rikorrenti jinvokaw l-“oġġezzjoni tal-illegalità” insostenn tat-talba tagħhom għal dikjarazzjoni ta’ illegalità tal-miżuri ta’ Ottubru sa fejn: dawn ma għandhomx bażi legali soda; jiksru l-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti u l-prinċipji ta’ finalità, ta’ ċertezza legali, ta’ ne bis in idem, u ta’ res judicata; jiddiskriminaw kontra IRISL u jiksru d-drittijiet fundamentali tagħha mingħajr ġustifikazzjoni jew proporzjon; jiksru d-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti; u jagħmlu użu ħażin mill-poteri tal-Kunsill.

    Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw dawn il-motivi għall-annullament tal-miżuri kkontestati.

    1.

    L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li ma hemm bażi legali soda għall-miżuri kkontestati.

    2.

    It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill wettaq żball manifest fid-deċiżjonijiet tiegħu li jinkludu r-rikorrenti kollha.

    3.

    It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill kiser id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti.

    4.

    Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-miżuri kkontestati jiksru l-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti, u l-prinċipji ta’ finalità, ta’ ċertezza legali, ta’ ne bis in idem, ta’ res judicata, u ta’ nondiskriminazzjoni.

    5.

    Il-ħames motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-miżuri kkontestati jiksru, mingħajr ġustifikazzjoni jew proporzjon, id-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti, b’mod partikolari d-dritt tagħhom għar-reputazzjoni u għall-proprjetà


    Top