EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0081

Kawża T-81/14: Rikors ippreżentat fis- 6 ta’ Frar 2014 – Energy Brands vs UASI – Smart Wines (SMARTWATER)

ĠU C 135, 5.5.2014, p. 47–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/47


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2014 – Energy Brands vs UASI – Smart Wines (SMARTWATER)

(Kawża T-81/14)

2014/C 135/60

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Energy Brands, Inc. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: D. Stone u R. Allos, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Smart Wines GmbH (Köln, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-19 ta’ Novembru 2013 mogħtija fil-Każ R 903/2013-2;

tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll għal dawk tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “SMARTWATER” għal prodotti fil-klassijiet 30, 32 u 33 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 400 194

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja preċedenti Nru 5 853 601 għat-trade mark verbali “SMART WINES” għal prodotti fil-klassijiet 30 u 33

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa kollha kemm hi

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(a) u (b) u 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


Top