This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TN0068
Case T-68/14: Action brought on 29 January 2014 — Post Bank Iran v Council
Kawża T-68/14: Rikors ippreżentat fid- 29 ta’ Jannar 2014 – Post Bank Iran vs Il-Kunsill
Kawża T-68/14: Rikors ippreżentat fid- 29 ta’ Jannar 2014 – Post Bank Iran vs Il-Kunsill
ĠU C 129, 28.4.2014, p. 27–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/27 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2014 – Post Bank Iran vs Il-Kunsill
(Kawża T-68/14)
2014/C 129/35
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Post Bank Iran (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: D. Luff, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
— |
tannulla l-paragrafu 1 tal-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/661/PESK, tal-15 ta’ Novembru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 306, p. 18); |
— |
tannulla l-paragrafu 1 tal-Anness għar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1154/2013, tal-15 ta’ Novembru 2013, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 306, p. 3); |
— |
tiddikjara li l-Artikolu 20(1)(c) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (1), kif emendat permezz tal-Artikolu 1(7) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/35/PESK (2) tat-23 ta’ Jannar 2012, u l-Artikoli 23(2)(d) u 46(2) tar-Regolament Nru 267/2012 (3) tat-23 ta’ Marzu 2012 ma japplikawx għar-rikorrent; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tar-rikorrent. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni biex tistħarreġ kemm il-paragrafu 1 tal-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/661/PESK u l-paragrafu 1 tal-Anness għar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1154/2013, kif ukoll il-konformità tagħhom mal-prinċipji ġenerali tad-dritt Ewropew. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, kif emendata bl-Artikolu 1(7) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/35/PESK tat-23 ta’ Jannar 2012 u bir-Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012 tat-23 ta’ Marzu 2012, tikser il-liġi tal-UE u għandha tiġi ddikjarata li ma tapplikax għar-rikorrent, fejn b’hekk tiġi annullata d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/661/PESK, tal-15 ta’ Novembru 2013, u r-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1154/2013, tal-15 ta’ Novembru 2013 li huma bbażati fuqhom, għar-raġunijiet li ġejjin:
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill wettaq żball ta’ liġi u ta’ fatt meta adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/661/PESK, tal-15 ta’ Novembru 2013 u r-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1154/2013, tal-15 ta’ Novembru 2013 inkwantu jikkonċerna lir-rikorrent, għar-raġunijiet li ġejjin:
|
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/35/PESK, tat-23 ta’ Jannar 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 19, 22).
(3) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1).