Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0579

    Kawża T-579/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2016 – Birkenstock Sales vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ disinn ta’ linji mmewġa li jinkroċjaw ma’ xulxin) “Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea — Trade mark figurattiva li tirrappreżenta linji mmewġa li jinkroċjaw ma’ xulxin — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Disinn ta’ superfiċje — Applikazzjoni ta’ disinn ta’ superfiċje fuq l-ippakkjar ta’ prodott”

    ĠU C 6, 9.1.2017, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.1.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 6/33


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2016 – Birkenstock Sales vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ disinn ta’ linji mmewġa li jinkroċjaw ma’ xulxin)

    (Kawża T-579/14) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva li tirrappreżenta linji mmewġa li jinkroċjaw ma’ xulxin - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Disinn ta’ superfiċje - Applikazzjoni ta’ disinn ta’ superfiċje fuq l-ippakkjar ta’ prodott”)

    (2017/C 006/39)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Birkenstock Sales GmbH (Vettelschoß, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Menebröcker u V. Töbelmann, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn G. Schneider u D. Walicka, sussegwentement minn D. Walicka, aġenti)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-15 ta’ Mejju 2014 (Każ R 1952/2013-1), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva li tirrappreżenta disinn ta’ linji mmewġa li jinkroċjaw ma’ xulxin.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-15 ta’ Mejju 2014 (Każ R 1952/2013–1) hija annullata fir-rigward tal-prodotti li ġejjin: “riġlejn u dirgħajn, għajnejn u snien artifiċjali”, “materjal għas-sutura tal-ponti; materjal għas-sutura tal-ponti għall-operazzjonijiet” u “ġild ta’ annimali, ġild oħxon ta’ annimali”.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    Birkenstock Sales GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha u nofs l-ispejjeż sostnuti mill-EUIPO. L-EUIPO għandu jbati nofs l-ispejjeż tiegħu.


    (1)  ĠU C 351, 6.10.2014.


    Top