This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CN0063
Case C-63/14: Action brought on 10 February 2014 — European Commission v French Republic
Kawża C-63/14: Rikors ippreżentat fl- 10 ta’ Frar 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża
Kawża C-63/14: Rikors ippreżentat fl- 10 ta’ Frar 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża
ĠU C 135, 5.5.2014, p. 22–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 135/22 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Frar 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-63/14)
2014/C 135/26
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: B. Stromsky, aġent)
Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tikkonstata li billi ma adottatx, fit-termini previsti, il-miżuri kollha neċessarji bil-għan li tirkupra, mingħand il-benefiċċjarju, l-għajnuna mill-Istat iddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern permezz tal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/435/UE, tat-2 ta’ Mejju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.22843 implimentata minn Franza favur is-Société Nationale Corse Méditerranée u l-Compagnie Méridionale de Navigation (1), billi ma annullatx, fit-termini previsti, il-ħlasijiet kollha tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 2(1) u billi ma informatx lill-Kummissjoni, fit-terminu previsti, bil-miżuri adottati sabiex tikkonforma ruħha ma’ din id-deċiżjoni, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE u taħt l-Artikoli 3, 4 u 5 tal-imsemmija deċiżjoni; |
— |
tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu li matulu r-Repubblika Franċiża kellha tirkupra l-għajnuna illegali mħallsa lis-SNCM skada erba’ xhur wara n-notifika tad-deċiżjoni.