EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0371

Kawża C-371/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Finanzgericht Hamburg – il-Ġermanja) – APEX GmbH Internationale Spedition vs Hauptzollamt Hamburg-Stadt Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika kummerċjali — Dumping — Lajters tal-but, taż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew — Regolament (KE) Nru 1225/2009 — Artikolu 11(2) — Skadenza — Artikolu 13 — Evażjoni — Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 260/2013 — Validità — Estensjoni tad-dazju antidumping f’data li fiha r-regolament li stabbilixxih ma għadux fis-seħħ — Bidla fix-xejra tal-kummerċ

ĠU C 68, 22.2.2016, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Finanzgericht Hamburg – il-Ġermanja) – APEX GmbH Internationale Spedition vs Hauptzollamt Hamburg-Stadt

(Kawża C-371/14) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika kummerċjali - Dumping - Lajters tal-but, taż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew - Regolament (KE) Nru 1225/2009 - Artikolu 11(2) - Skadenza - Artikolu 13 - Evażjoni - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 260/2013 - Validità - Estensjoni tad-dazju antidumping f’data li fiha r-regolament li stabbilixxih ma għadux fis-seħħ - Bidla fix-xejra tal-kummerċ)

(2016/C 068/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: APEX GmbH Internationale Spedition

Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Stadt

Dispożittiv

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 260/2013, tat-18 ta’ Marzu 2013, li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost bir-Regolament (KE) Nru 1458/2007 fuq l-importazzjoni ta’ lajters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-importazzjoni ta’ lajters tal-but, taż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li joriġinaw mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, kemm jekk ikun iddikjarat li joriġinaw mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam u jekk le, huwa invalidu.


(1)  ĠU C 372, 20.10.2014.


Top