Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0373

    Kawża T-373/13 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 12 ta’ Marzu 2014 – Alsteens vs Il-Kummissjoni ( “Appell — Servizz pubbliku — Membru tal-persunal temporanju — Estensjoni tal-kuntratt — Inammissibbiltà manifesta tal-appell fl-ewwel istanza — Dritt għal smigħ — Natura separabbli tal-addendum li jirrigwarda l-estensjoni tal-kuntratt” )

    ĠU C 129, 28.4.2014, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.4.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 129/21


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Marzu 2014 – Alsteens vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-373/13 P) (1)

    ((“Appell - Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Estensjoni tal-kuntratt - Inammissibbiltà manifesta tal-appell fl-ewwel istanza - Dritt għal smigħ - Natura separabbli tal-addendum li jirrigwarda l-estensjoni tal-kuntratt”))

    2014/C 129/27

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Appellant: Geoffroy Alsteens (Marcinelle, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, D. de Abreu Caldas u J.N. Louis, avukati)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)

    Suġġett

    Appell ippreżentat kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tat-8 ta’ Mejju 2013, Alsteens vs Il-Kummissjoni (F-87/12, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

    Dispożittiv

    1)

    Id-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tat-8 ta’ Mejju 2013, Alsteens vs Il-Kummissjoni (F-87/12), huwa annullat.

    2)

    Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

    3)

    L-ispejjeż huma riżervati.


    (1)  ĠU C 325, 09.11.2013.


    Top