Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0204

    Kawża C-204/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat- 13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Finanzamt Saarlouis vs Heinz Malburg (Tassazzjoni  — Taxxa fuq il-valur miżjud  — Oriġini u skop tad-dritt ta’ tnaqqis  — Xoljiment ta’ kumpannija minn membru  — Xiri ta’ parti mill-klijentela ta’ din il-kumpannija  — Trasferiment in natura f’kumpannija oħra  — Ħlas tat-taxxa tal-input  — Tnaqqis possibbli)

    ĠU C 135, 5.5.2014, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.5.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 135/18


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Finanzamt Saarlouis vs Heinz Malburg

    (Kawża C-204/13) (1)

    ((Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud - Oriġini u skop tad-dritt ta’ tnaqqis - Xoljiment ta’ kumpannija minn membru - Xiri ta’ parti mill-klijentela ta’ din il-kumpannija - Trasferiment in natura f’kumpannija oħra - Ħlas tat-taxxa tal-input - Tnaqqis possibbli))

    2014/C 135/19

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesfinanzhof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Finanzamt Saarlouis

    Konvenuta: Heinz Malburg

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari – Bundesfinanzhof – Interpretazzjoni tal-Artikoli 4(1) u (2) kif ukoll 17(2)(a) tad-Direttiva 77/388/KEE: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) – Oriġini u skop tad-dritt għat-tnaqqis – Akwiżizzjoni minn membru ta’ kumpannija li ġiet xolta, ta’ parti mill-klijentela ta’ din il-kumpannija, permezz ta’ kontribuzzjoni in natura, sabiex din il-klijentela tiġi inkluża f’kumpannija ġdida – Possibbiltà li titnaqqas it-taxxa tal-input imħallsa

    Dispożittiv

    L-Artikoli 4(1) u (2) kif ukoll 17(2)(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 95/7/KE, tal-10 ta’ April 1995, għandhom, fir-rigward tal-prinċipju ta’ newtralità tat-taxxa fuq il-valur miżjud, jiġu interpretati fis-sens li membru ta’ kumpannija ta’ konsulenza fiskali rregolata mid-dritt ċivili li jakkwista mingħand din il-kumpannija parti mill-klijentela bl-uniku skop li jpoġġiha direttament u liberament għad-dispożizzjoni ta’ kumpannija ġdida ta’ konsulenza fiskali rregolata mid-dritt ċivili, li dan ikun il-membru prinċipali tagħha, sabiex din tuża l-klijentela msemmija għal skopijiet professjonali, madankollu mingħajr ma din tidħol fil-patrimonju tal-kumpannija l-ġdida, ma għandux dritt li jnaqqas it-taxxa tal-input fuq il-valur miżjud imħallsa fuq l-akkwist tal-klijentela inkwistjoni.


    (1)  ĠU C 178, 22.06.2013.


    Top