Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0052

Kawża C-52/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat- 13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Posteshop SpA – Divisione Franchising Kipoint vs Autorità garante della concorrenza e del mercato, Presidenza del Consiglio dei Ministri (Rinviju għal deċiżjoni preliminari  — Direttiva 2006/114/KE  — Kunċetti ta’ “reklamar qarrieqi” u ta’ “reklamar komparattiv”  — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li r-reklamar qarrieqi u r-reklamar komparattiv illegali jikkostitwixxu żewġ fatti illegali distinti)

ĠU C 135, 5.5.2014, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Posteshop SpA – Divisione Franchising Kipoint vs Autorità garante della concorrenza e del mercato, Presidenza del Consiglio dei Ministri

(Kawża C-52/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2006/114/KE - Kunċetti ta’ “reklamar qarrieqi” u ta’ “reklamar komparattiv” - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li r-reklamar qarrieqi u r-reklamar komparattiv illegali jikkostitwixxu żewġ fatti illegali distinti))

2014/C 135/14

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Posteshop SpA – Divisione Franchising Kipoint

Konvenut: Autorità garante della concorrenza e del mercato, Presidenza del Consiglio dei Ministri

Fil-preżenza ta’: Cg srl, Tacoma srl

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Consiglio di Stato – Interpretazzjoni tad-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar reklamar qarrieqi u komparattiv – Prattiki kummerċjali żleali bejn in-negozjanti (ĠU L 376, p. 21) – Kunċett ta’ “reklamar qarrieqi u komparattiv” – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi mhux biss ir-reklamar li jkun, fl-istess ħin, qarrieqi u bbażat fuq paragun illegali, iżda li tipprovdi wkoll li reklamar qarrieqi u reklamar komparattiv huma żewġ fatti illegali separati

Dispożittiv

Id-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar reklamar qarrieqi u komparattiv, għandha tiġi interpretata fis-sens li, fir-rigward tal-protezzjoni tal-kummerċjanti, hija tqis ir-reklamar qarrieqi u r-reklamar komparattiv illegali bħala żewġ istanzi awtonomi ta’ ksur u li, bil-għan li tipprojbixxi u li tissanzjona reklamar qarrieqi, ma huwiex neċessarju li dan tal-aħħar ikun jikkostitwixxi kontemporanjament reklamar komparattiv illegali.


(1)  ĠU C 123, 27.04.2013.


Top