This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012TN0499
Case T-499/12: Action brought on 13 November 2012 — HSH Investment Holdings Coinvest-C and HSH Investment Holdings FSO v Commission
Kawża T-499/12: Rikors ippreżentat fit- 13 ta’ Novembru 2012 — HSH Investment Holdings Coinvest C u HSH Investment Holdings FSO vs Il-Kummissjoni
Kawża T-499/12: Rikors ippreżentat fit- 13 ta’ Novembru 2012 — HSH Investment Holdings Coinvest C u HSH Investment Holdings FSO vs Il-Kummissjoni
ĠU C 26, 26.1.2013, p. 59–60
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 26/59 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2012 — HSH Investment Holdings Coinvest C u HSH Investment Holdings FSO vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-499/12)
2013/C 26/119
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: HSH Investment Holdings Coinvest-C Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu) u HSH Investment Holdings FSO Sàrl (Lussemburgu) (rappreżentanti: H. Niemeyer u H. Ehlers avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tal-20 ta’ Settembru 2011 fil-Każ C 29/2009 (ex N 264/2009) — HSH Nordbank AG; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw il-motivi segwenti kontra l-kundizzjonijiet imposti fuq l-azzjonisti minoritarji:
(1) |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ għajnuna indipendenti favur l-azzjonisti minoritarji Ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni applikat b’mod żbaljat il-kunċett ta’ għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE meta identifikat b’mod żbaljat lir-rikorrenti bħala l-benefiċjarji tal-għajnuna. Għall-azzjonisti minoritarji, iż-żieda fil-valur tal-azzjonijiet tagħhom hija sempliċi konsegwenza ekonomika tal-għajnuna mogħtija lil HSH Nordbank u ma tikkostitwixxix għajnuna indiretta favur l-azzjonisti minoritarji. |
(2) |
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-motivazzjoni insuffiċjenti fir-rigward tal-konstatazzjoni li r-rikorrenti kisbu vantaġġ Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni taħt l-Artikolu 296(2) TFUE sa fejn ma spjegatx b’mod suffiċjenti b’liema mod ir-rikorrenti allegatament irċevew indirettament għajnuna mill-Istat u għalfejn il-valur kummerċjali ta’ HSH Nordbank kien allegatament iddeterminat b’mod inkorrett. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma kkwantifikatx l-ammont tal-għajnuna allegatament mogħtija lill-azzjonisti minoritarji u naqset milli tiddistingwi bejn l-eżami ta’ din l-għajnuna u l-eżami tal-kondiviżjoni tal-piżijiet. |
(3) |
It-tielet motiv, ibbażat fuq żball fl-evalwazzjoni tal-fatti fil-kuntest tal-eżami ta’ jekk ir-rikorrenti kisbux vantaġġ finanzjarju Fil-kuntest ta’ dan il-motiv qiegħed jiġi allegat li l-Kummissjoni evalwat b’mod żbaljat il-fatti tal-każ. Fil-fehma tar-rikorrenti, il-kumpannija ta’ evalwazzjoni li stmat lil HSH Nordbank ma kinitx stmat b’mod għoli żżejjed il-valur kummerċjali ta’ HSH Nordbank, u għalhekk il-prezz tal-ħruġ tal-azzjonijiet ordinarji, iżda wettqet din l-istima inkonformità ma’ metodi rikonoxxuti fir-rigward ta’ tali stima. |
(4) |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-ħlasijiet bil-quddiem magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tal-kondiviżjoni tal-piżijiet Ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni applikat b’mod żbaljat fil-konfront tal-kondiviżjoni tal-piżijiet ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Artikolu 107(3)(b) TFUE u mill-Komunikazzjoni dwar ir-ristrutturazzjoni (1) sa fejn, fl-evalwazzjoni tagħha ta’ jekk ir-rikorrenti humiex involuti b’mod suffiċjenti fil-kondiviżjoni tal-piżijiet, naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-ħlasijiet bil-quddiem magħmula minnhom. |
(5) |
Il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 (2) u tal-prinċipju ta’ ċertezza legali minħabba l-għeluq irregolari tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali Fil-kuntest ta’ dan il-motiv ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 659/1999 u l-prinċipju ta’ ċertezza legali sa fejn il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-konfront tar-rikorrenti ngħalqet mingħajr deċiżjoni kif prevista fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 659/1999. |
(6) |
Is-sitt motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament Nru 659/1999, tal-Artikolu 107(3)(b) TFUE u tal-Komunikazzjoni dwar ir-ristrutturazzjoni minħabba l-impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet inadegwati Fil-kuntest ta’ dan il-motiv qiegħed jiġi allegat li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 7(4) tar-Regolament Nru 659/1999 u l-Komunikazzjoni dwar ir-ristrutturazzjoni sa fejn timponi kundizzjonijiet li ma humiex marbuta mar-ristrutturazzjoni ta’ HSH Nordbank iżda li jammontaw għal approvazzjoni moħbija ta’ għajnuna indiretta. |
(7) |
Is-seba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità minħabba l-obbligi eċċessivi imposti fuq ir-rikorrenti Ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità sa fejn, fil-kuntest tal-kondiviżjoni tal-piżijiet, imponiet obbligi eċċessivi fuqhom. |
(8) |
It-tmien motiv, ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament minħabba diskriminazzjoni fil-konfront tar-rikorrenti Fil-kuntest ta’ dan il-motiv ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament sa fejn fid-deċiżjoni tagħha imponiet kundizzjonijiet fuq ir-rikorrenti li ma kinux imposti f’każijiet oħra paragunabbli. |
Barra minn hekk, fil-konfront tad-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw il-motivi segwenti:
(1) |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(3)(b) TFUE u tal-Komunikazjoni dwar l-assi indeboliti (3) minħabba evalwazzjoni żbaljata tal-elementi inkompatibbli tal-għajnuna Fil-kuntest ta’ dan il-motiv qiegħed jiġi allegat li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 107(3)(b) TFUE u l-Komunikazzjoni dwar l-assi indeboliti sa fejn ikkunsidrat, b’mod żbaljat, li l-garanzija favur HSH Nordbank kienet element inkompatibbli tal-għajnuna. |
(2) |
It-tieni motiv, ibbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-valur ekonomiku attwali Fil-kuntest ta’ dan il-motiv ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni ma tatx motivazzjoni suffiċjenti fir-rigward ta’ kif ġie evalwat il-valur ekonomiku attwali tal-portafolli koperti mill-garanzija. |
(3) |
It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(3)(b) TFUE u tal-Komunikazzjoni dwar l-assi indeboliti minħabba evalwazzjoni żbaljata tal-irkupru (claw-back) Ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 107(3)(b) FUE u l-Komunikazzjoni dwar l-assi indeboliti sa fejn evalwat b’mod żbaljat l-irkupru (claw-back). |
(4) |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-irkupru (claw-back) Fil-kuntest tar-raba’ motiv qiegħed jiġi allegat li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament sa fejn qiegħdet lil HSH Nordbank f’pożizzjoni żvantaġġata fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-irkupru meta mqabbla ma’ każijiet oħra paragunabbli. |
(5) |
Il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(3)(b) TFUE u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità minħabba l-approvazzjoni suġġetta għall-kundizzjoni li jkun hemm tnaqqis eċċessiv fil-karta tal-bilanċ Fl-aħħar lok, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni kisret ukoll l-Artikolu 107(3)(b) TFUE u l-prinċipju ta’ proporzjonalità sa fejn issuġġettat l-approvazzjoni tagħha għall-kundizzjoni li jkun hemm tnaqqis eċċessiv fil-karta tal-bilanċ ta’ HSH Nordbank. |
(1) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fuq ir-ritorn għall-vijabbiltà u l-valutazzjoni ta’ miżuri ta’ ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali (ĠU C 195, 19.8.2009, p. 9).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu (88 KE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).
(3) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar it-trattament ta’ assi indeboliti fis-settur bankarju tal-Komunità (ĠU C 72, 26.3.2009, p. 1).