This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012TN0493
Case T-493/12: Action brought on 14 November 2012 — Sanofi v OHIM — GP Pharm (GEPRAL)
Kawża T-493/12: Rikors ippreżentat fl- 14 ta’ Novembru 2012 — Sanofi vs UASI — GP Pharm (GEPRAL)
Kawża T-493/12: Rikors ippreżentat fl- 14 ta’ Novembru 2012 — Sanofi vs UASI — GP Pharm (GEPRAL)
ĠU C 26, 26.1.2013, p. 56–56
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 26/56 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2012 — Sanofi vs UASI — GP Pharm (GEPRAL)
(Kawża T-493/12)
2013/C 26/113
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sanofi (Pariġi, Franza) (rappreżentant: C. Hertz-Eichenrode, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: GP Pharm, SA (Sant Quinti de Mediona, Spanja)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-5 ta’ Settembru 2012 fil-Każ R 201/2012-2; u |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “GEPRAL”, għal prodotti fil-klassi 5 — Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1010832 li tkopri l-Unjoni Ewropea
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni internazzjonali Nru 418607, fis-seħħ fl-Awstrija, tat-trade mark verbali “DELPRAL”, għal prodotti fil-klassi 5
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u ppermetta r-reġistrazzjoni internazzjonali fl-intier tagħha
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.