EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0375

Kawża C-375/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat- 13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif de Grenoble – Franza) – Margaretha Bouanich vs Direction départementale des finances publiques de la Drôme (Rinviju għal deċiżjoni preliminari  — Artikolu 63 TFUE  — Moviment liberu tal-kapital  — Artikolu 49 TFUE  — Libertà ta’ stabbiliment  — Taxxa dovuta fuq id-dħul tal-persuni fiżiċi  — Dispożittiv ta’ limitu massimu tat-taxxi diretti skont id-dħul  — Ftehim fiskali bilaterali intiż sabiex jiġi evitat intaxxar doppju  — Intaxxar tad-dividendi mqassma minn kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor u diġà suġġetti għat-taxxa f’ras il-għajn  — Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni jew teħid inkunsiderazzjoni parzjali tat-taxxa mħallsa f’dan l-Istat Membru ieħor għall-kalkolu tal-limitu massimu tat-taxxa  — Artikolu 65 TFUE  — Restrizzjoni  — Ġustifikazzjoni)

ĠU C 135, 5.5.2014, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif de Grenoble – Franza) – Margaretha Bouanich vs Direction départementale des finances publiques de la Drôme

(Kawża C-375/12) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 63 TFUE - Moviment liberu tal-kapital - Artikolu 49 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Taxxa dovuta fuq id-dħul tal-persuni fiżiċi - Dispożittiv ta’ limitu massimu tat-taxxi diretti skont id-dħul - Ftehim fiskali bilaterali intiż sabiex jiġi evitat intaxxar doppju - Intaxxar tad-dividendi mqassma minn kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor u diġà suġġetti għat-taxxa f’ras il-għajn - Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni jew teħid inkunsiderazzjoni parzjali tat-taxxa mħallsa f’dan l-Istat Membru ieħor għall-kalkolu tal-limitu massimu tat-taxxa - Artikolu 65 TFUE - Restrizzjoni - Ġustifikazzjoni))

2014/C 135/05

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif de Grenoble

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Margaretha Bouanich

Konvenuta: Direction départementale des finances publiques de la Drôme

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Tribunal administratif de Grenoble – Interpretazzjoni tal-Artikoli 49, 63 u 65 TFUE – Leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tat-taxxa fuq id-dħul ta’ persuni fiżiċi li jilħqu l-proporzjon massimu tat-taxxi diretti dovuti minn persuna taxxabbli – Mekkaniżmu msejjaħ “ilqugħ fiskali” – Ftehim fiskali bilaterali – Intaxxar tad-dividendi distribwiti minn kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor u li jkunu diġà ġew intaxxati f’ras il-għajn – Teħid inkunsiderazzjoni parzjali tas-somom imħallsa f’ras il-għajn għall-kalkolu tal-limitu massimu tat-taxxa – Ġustifikazzjoni ta’ tali leġiżlazzjoni abbażi tal-koerenza tas-sistema fiskali, tat-tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ impożizzjoni bejn l-Istati Membri, jew abbażi ta’ kull raġuni imperattiva oħra ta’ interess ġenerali

Dispożittiv

L-Artikoli 49 TFUE, 63 TFUE u 65 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru skont liema, meta resident ta’ dan l-Istat Membru, azzjonist ta’ kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor, jirċievi dividendi intaxxati fiż-żewġ Stati u meta t-tassazzjoni doppja tkun irregolata bl-imputazzjoni fl-Istat ta’ residenza bi kreditu ta’ taxxa ta’ ammont li jikkorrispondi għal dak tat-taxxa mħallsa fl-Istat tal-kumpannija distributriċi, dispożittiv ta’ limitu massimu ta’ diversi taxxi diretti sa ċertu perċentwali tad-dħul irċevut matul sena ma jiħux inkunsiderazzjoni, jew jieħu inkunsiderazzjoni biss parzjalment, it-taxxa mħallsa fl-Istat tal-kumpannija distributriċi.


(1)  ĠU C 319, 20.10.2012.


Top