Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0366

    Kawża C-366/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Finanzamt Dortmund-West vs Klinikum Dortmund gGmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari  — Sitt Direttiva tal-VAT  — Eżenzjonijiet  — Artikolu 13A(1)(b)  — Provvista ta’ oġġetti  — Provvista ta’ mediċini ċitostatiċi għat-trattament ta’ “out-patients”  — Provvisti mogħtija minn persuni taxxabbli differenti  — Artikolu 13A(1)(ċ)  — Provvista ta’ kura medika  — Mediċini preskritti minn tabib li jeżerċita f’kapaċità indipendenti fl-isptar  — Tranżazzjonijiet relatati mill-viċin  — Provvisti anċillari għall-provvista ta’ kura medika  — Tranżazzjonijiet fiżikament u ekonomikament inseparabbli)

    ĠU C 135, 5.5.2014, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.5.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 135/4


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Finanzamt Dortmund-West vs Klinikum Dortmund gGmbH

    (Kawża C-366/12) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sitt Direttiva tal-VAT - Eżenzjonijiet - Artikolu 13A(1)(b) - Provvista ta’ oġġetti - Provvista ta’ mediċini ċitostatiċi għat-trattament ta’ “out-patients” - Provvisti mogħtija minn persuni taxxabbli differenti - Artikolu 13A(1)(ċ) - Provvista ta’ kura medika - Mediċini preskritti minn tabib li jeżerċita f’kapaċità indipendenti fl-isptar - Tranżazzjonijiet relatati mill-viċin - Provvisti anċillari għall-provvista ta’ kura medika - Tranżazzjonijiet fiżikament u ekonomikament inseparabbli))

    2014/C 135/04

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesfinanzhof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Finanzamt Dortmund-West

    Konvenuta: Klinikum Dortmund gGmbH

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari – Bundesfinanzhof – Interpretazzjoni tal-Artikolu 13A(1)(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) – Kunċett ta’ tranżazzjonijiet relatati mill-viċin mas-servizzi ta’ kura b’soġġorn fi sptar u ta’ kura medika – Tranżazzjoni li ma tikkostitwixxix provvista ta’ servizzi fis-sens tal-Artikolu 6 tad-Direttiva – Tranżazzjoni li ssir minn persuna taxxabbli li ma hijiex dik li tipprovdi s-servizzi ta’ kura b’soġġorn fi sptar jew kura medika – Tranżazzjoni relatata mill-viċin mal-kura medika li ma hijiex eżenti

    Dispożittiv

    Provvista ta’ oġġetti, bħalma huma l-mediċini ċitostatiċi inkwistjoni fil-kawża prinċipali, preskritti għal trattament “out-patient” kontra l-kanċer minn tobba li jeżerċitaw f’kapaċità indipendenti fi sptar, ma tistax tiġi eżentata mit-taxxa fuq il-valur miżjud skont l-Artikolu 13A(1)(ċ) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2005/92/KE, tat-12 ta’ Diċembru 2005, sakemm din il-provvista ma tkunx fiżikament u ekonomikament inseparabbli mill-provvista ta’ kura medika prinċipali, li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju.


    (1)  ĠU C 366, 24.11.2012.


    Top