Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0171

    Kawża T-171/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad- 29 ta’ Novembru 2012 — Hopf vs UASI (Clampflex) ( “Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Clampflex — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7 (1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7 (1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009” )

    ĠU C 26, 26.1.2013, p. 42–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.1.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 26/42


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2012 — Hopf vs UASI (Clampflex)

    (Kawża T-171/11) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Clampflex - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7 (1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7 (1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)

    2013/C 26/81

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Hans-Jürgen Hopf (Zirndorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: V. Mensing, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: K. Klüpfel, aġent)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta’ Jannar 2011 (Każ R 1514/2010-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Clampflex bħala trade mark Komunitarja.

    Dispożittiv

    (1)

    Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tad-19 ta’ Jannar 2011 (Każ R 1514/2010-4) hija annullata għal dak li jirrigwarda l-prodotti “siringi”.

    (2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    (3)

    Hans-Jürgen Hopf għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u nofs l-ispejjeż tal-UASI. Dan tal-aħħar għandu jbati n-nofs l-ieħor tal-ispejjeż tiegħu.


    (1)  ĠU C 145, 14.5.2011.


    Top