EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0102

Kawżi magħqudaT-102/11 u T-369/12 sa T-371/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 12 ta’ Marzu 2014 – American Express Marketing & Development vs UASI (IP ZONE) [ “Trade mark Komunitarja — Applikazzjonijiet għat-trade marks Komunitarji verbali IP ZONE, EUROPE IP ZONE, IP ZONE EUROPE u EUROPEAN IP ZONE — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” ]

ĠU C 129, 28.4.2014, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Marzu 2014 – American Express Marketing & Development vs UASI (IP ZONE)

(Kawżi magħqudaT-102/11 u T-369/12 sa T-371/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjonijiet għat-trade marks Komunitarji verbali IP ZONE, EUROPE IP ZONE, IP ZONE EUROPE u EUROPEAN IP ZONE - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

2014/C 129/21

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: American Express Marketing & Development Corp. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: V. Spitz, A. Gaul, T. Golda u S. Kirschstein-Freund, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u P. Bullock, aġenti)

Suġġett

Rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta’ Diċembru 2010 (Każ R 1125/2010-2), u tat-12 ta’ Ġunju 2012 (Każijiet R 1451/2011-2, R 1452/2011-2 u R 1453/2011-2), dwar applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni, rispettivament, tas-sinjal IP ZONE u tas-sinjali EUROPE IP ZONE, IP ZONE EUROPE u EUROPEAN IP ZONE bħala trade marks Komunitarji.

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

American Express Marketing & Development Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 130, 30.04.2011.


Top