EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0562

Kawża C-562/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas- 6 ta’ Diċembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — Société d’Exportation de Produits Agricoles SA (SEPA) vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas (Agrikoltura — Regolament (KEE) Nru 3665/87 — Artikolu 11 — Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni — Talba għal ħlas lura fir-rigward ta’ esportazzjoni li ma tintitolax għal ħlas lura — Sanzjoni amministrattiva)

ĠU C 26, 26.1.2013, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Diċembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — Société d’Exportation de Produits Agricoles SA (SEPA) vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas

(Kawża C-562/11) (1)

(Agrikoltura - Regolament (KEE) Nru 3665/87 - Artikolu 11 - Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni - Talba għal ħlas lura fir-rigward ta’ esportazzjoni li ma tintitolax għal ħlas lura - Sanzjoni amministrattiva)

2013/C 26/25

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Société d’Exportation de Produits Agricoles SA (SEPA)

Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Jonas

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinazhof — Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3665/87, tas-27 ta’ Novembru 1987, li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli (ĠU L 351, p. 1), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 495/97, tat-18 ta’ Marzu 1997 (ĠU L 77, p. 12) u, b’mod partikolari, l-Artikolu 11(1) tiegħu — Talba għal ħlas lura fuq l-esportazzjoni f’sitwazzjoni fejn ebda ħlas lura ma huwa previst — Possibbiltà ta’ sanzjonijiet fir-rigward tal-persuna li tagħmel it-talba

Dispożittiv

L-Artikolu 11(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3665/87, tas-27 ta’ Novembru 1987, li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2945/94, tat-2 ta’ Diċembru 1994, u bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 495/97, tat-18 ta’ Marzu 1997, għandu jiġi interpretat fis-sens li, bla ħsara għall-eżenzjonijiet previsti fit-tielet subparagrafu tal-istess artikolu, it-tnaqqis imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-istess artikolu għandu jiġi applikat, b’mod partikolari, meta jirriżulta li l-merkanzija li għall-esportazzjoni tagħha ntalab ħlas lura ma kinitx ta’ kwalità tajba, ġenwina u li tista’ tiġi kkummerċjalizzata, u dan minkejja l-fatt li l-esportatur kien f’bona fide u ddeskriva b’mod korrett in-natura u l-oriġini tal-merkanzija inkwistjoni.


(1)  ĠU C 39, 11.2.2012.


Top