Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0410

    Kawża C-410/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 22 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Audiencia Provincial de Barcelona — Spanja) — Pedro Espada Sánchez, Alejandra Oviedo Gonzales, Lucía Espada Oviedo, Pedro Espada Oviedo vs Iberia Líneas Aéreas de España SA ( “Trasport bl-ajru — Konvenzjoni ta’ Montréal — Artikolu 22(2) — Responsabbiltà tat-trasportaturi fir-rigward tal-bagalji — Limiti f’każ ta’ distruzzjoni, ta’ telf, ta’ dannu jew ta’ dewmien tal-bagalji — Bagalji komuni ta’ diversi passiġġieri — Reġistrazzjoni minn persuna waħda minn ħafna” )

    ĠU C 26, 26.1.2013, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.1.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 26/12


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Audiencia Provincial de Barcelona — Spanja) — Pedro Espada Sánchez, Alejandra Oviedo Gonzales, Lucía Espada Oviedo, Pedro Espada Oviedo vs Iberia Líneas Aéreas de España SA

    (Kawża C-410/11) (1)

    (Trasport bl-ajru - Konvenzjoni ta’ Montréal - Artikolu 22(2) - Responsabbiltà tat-trasportaturi fir-rigward tal-bagalji - Limiti f’każ ta’ distruzzjoni, ta’ telf, ta’ dannu jew ta’ dewmien tal-bagalji - Bagalji komuni ta’ diversi passiġġieri - Reġistrazzjoni minn persuna waħda minn ħafna)

    2013/C 26/21

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Audiencia Provincial de Barcelona

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Pedro Espada Sánchez, Alejandra Oviedo Gonzales, Lucía Espada Oviedo, Pedro Espada Oviedo

    Konvenuta: Iberia Líneas Aéreas de España SA

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Audiencia Provincial de Barcelona — Interpretazzjoni tal-Artikoli 3(3) u 22(2) tal-Konvenzjoni ta’ Montréal għall-unifikazzjoni ta’ ċerti regoli għat-trasport Internazzjonali bl-Ajru, (il-Konvenzjoni ta’ Montréal), (Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/539/KE, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 491) — Responsabbiltà tat-trasportaturi bl-ajru f’dak li jirrigwarda t-trasport bl-ajru ta’ passiġġieri u tal-bagalji tagħhom — Limiti għar-responsabbiltà fil-każ ta’ distruzzjoni, telf, dannu jew dewmien tal-bagalji

    Dispożittiv

    L-Artikolu 22(2) tal-Konvenzjoni għall-unifikazzjoni ta’ ċerti regoli għat-trasport internazzjonali bl-ajru, konkluża f’Montréal fit-28 ta’ Mejju 1999, li ġiet iffirmata mill-Komunità Ewropea fid-9 ta’ Diċembru 1999 u approvata f’isimha permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/539/KE, tal-5 ta’ April 2001, moqri flimkien mal-Artikolu 3(3), tal-imsemmija konvenzjoni, għandu jiġi interpertat fis-sens li d-dritt għal kumpens u l-limitu ta’ responsabbiltà tat-trasportatur f’każ ta’ telf ta’ bagaliji japplika wkoll għall-passiġġier li jitlob dak il-kumpens abbażi tat-telf ta’ bagalja rreġistrata f’isem passiġġier ieħor ladarba dik il-bagalja jkun fiha effettivament l-oġġetti tal-ewwel passiġġier.


    (1)  ĠU C 290, 1.10.2011


    Top