Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0280

Kawża C-280/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (Il-Polonja) fl- 4 ta’ Ġunju 2010 — Kopalnia Odkrywkowa Polski Trawertyn P. Granatowicz, M. Wąsiewicz, spółka jawna vs Dyrektor Izby Skarbowej w Poznaniu

ĠU C 234, 28.8.2010, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (Il-Polonja) fl-4 ta’ Ġunju 2010 — Kopalnia Odkrywkowa Polski Trawertyn P. Granatowicz, M. Wąsiewicz, spółka jawna vs Dyrektor Izby Skarbowej w Poznaniu

(Kawża C-280/10)

()

2010/C 234/37

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kopalnia Odkrywkowa Polski Trawertyn P. Granatowicz, M. Wąsiewicz, spółka jawna

Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Poznaniu

Domandi preliminari

(1)

Soċjetà li, permezz tal-imsieħba futuri tagħha, ikollha spejjeż tal-investiment qabel ir-reġistrazzjoni formali tagħha bħala soċjetà tad-dritt kummerċjali, u qabel ir-reġistrazzjoni tagħha għall-finijiet tal-VAT, hija awtorizzata, wara r-reġistrazzjoni tagħha bħala soċjetà u wara r-reġistrazzjoni tagħha għall-finijiet tal-VAT, tinvoka dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa fir-rigward tal-ispejjeż tal-investiment li jintuża għal tranżazzjonijiet taxxabbli, skont l-Artikolu 9 kif ukoll l-Aritkoli 168 u 169 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat 28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1)?

(2)

Il-fattura tal-ispejjeż tal-investiment, maħruġa f’isem l-imsieħba, u mhux f’isem is-soċjetà, tipprekludi l-implementazzjoni tad-dritt għat-tnaqqis tal-VAT fir-rigward tal-ispejjeż tal-investiment, kif imsemmi fl-ewwel domanda?


(1)  ĠU L 347, p. 1.


Top