This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007CA0484
Case C-484/07: Judgment of the Court (First Chamber) of 16 June 2011 (reference for a preliminary ruling from the Rechtbank ’s-Gravenhage (Netherlands)) — Fatma Pehlivan v Staatssecretaris van Justitie (EEC-Turkey Association Agreement — Family reunification — First indent of the first paragraph of Article 7 of Decision No 1/80 of the Association Council — Child of a Turkish worker who lived together with that worker for more than three years, but married before the expiry of the three-year period laid down in that provision — National law calling into question, on that ground, the residence permit of the person concerned)
Kawża C-484/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas- 16 ta’ Ġunju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank ’s-Gravenhage — il-Pajjżi l-Baxxi) — Fatma Pehlivan vs Staatssecretaris van Justitie (Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija — Riunifikazzjoni tal-familja — L-ewwel inċiż tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni — Wild ta’ ħaddiem Tork li kkoabità ma’ dan il-ħaddiem għal iktar minn tliet snin, iżda żżewweġ qabel l-iskadenza tat-terminu ta’ tliet snin previst fl-imsemmija dispożizzjoni — Dritt nazzjonali li jikkontesta, għal din ir-raġuni, il-permess ta’ residenza tal-parti kkonċernata)
Kawża C-484/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas- 16 ta’ Ġunju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank ’s-Gravenhage — il-Pajjżi l-Baxxi) — Fatma Pehlivan vs Staatssecretaris van Justitie (Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija — Riunifikazzjoni tal-familja — L-ewwel inċiż tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni — Wild ta’ ħaddiem Tork li kkoabità ma’ dan il-ħaddiem għal iktar minn tliet snin, iżda żżewweġ qabel l-iskadenza tat-terminu ta’ tliet snin previst fl-imsemmija dispożizzjoni — Dritt nazzjonali li jikkontesta, għal din ir-raġuni, il-permess ta’ residenza tal-parti kkonċernata)
ĠU C 232, 6.8.2011, p. 4–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank ’s-Gravenhage — il-Pajjżi l-Baxxi) — Fatma Pehlivan vs Staatssecretaris van Justitie
(Kawża C-484/07) (1)
(Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija - Riunifikazzjoni tal-familja - L-ewwel inċiż tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni - Wild ta’ ħaddiem Tork li kkoabità ma’ dan il-ħaddiem għal iktar minn tliet snin, iżda żżewweġ qabel l-iskadenza tat-terminu ta’ tliet snin previst fl-imsemmija dispożizzjoni - Dritt nazzjonali li jikkontesta, għal din ir-raġuni, il-permess ta’ residenza tal-parti kkonċernata)
(2011/C 232/05)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank ’s-Gravenhage, zittinghoudende te Roermond
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Fatma Pehlivan
Konvenuta: Staatssecretaris van Justitie
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank ’s-Gravenhage, zittinghoudende te Roermond — Interpretazzjoni tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 7(1) tad-Deċiżjoni Nru 1/80, tad-19 ta’ Settembru 1980, dwar l-iżvilupp tal-assoċjazzjoni, adottata mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mwaqqaf mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija — Wild ħaddiem Tork li kienet tirrisjedi miegħu għal tliet snin imma li matul dan il-perijodu żżewwġet lil ċittadin Tork u naqset milli tinforma lill-awtoritajiet kompetenti b’dan.
Dispożittiv
L-ewwel inċiż tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80, tad-19 ta’ Settembri 1980, dwar l-iżvilupp tal-Assoċjazzjoni, adottata mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim li joħloq Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, għandu jiġi interpretat f’dan is-sens li:
— |
din id-dispożizzjoni tipprekludi li leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li skont din il-membru tal-familja debitament awtorizzat li jingħaqad ma’ ħaddiem immigrant Tork li diġà jappartjeni għas-suq legali tax-xogħol ta’ dan l-Istat jitlef kull benefiċċju tad-drittijiet ibbażati fuq ir-riunifikazzjoni tal-familja abbażi tal-istess dispożizzjoni minħabba l-fatt biss li, peress li sar maġorenni, huwa jiżżewweġ, anki meta jkompli jirrisjedi ma’ dak il-ħaddiem fl-ewwel tliet snin tar-residenza tiegħu fl-Istat Membru li jospita; |
— |
ċittadin Tork li, bħar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, jaqa’ taħt l-imsemmija dispożizzjoni, jista’ validament jeżiġi dritt ta’ residenza fl-Istat Membru li jospita fuq il-bażi ta’ din id-dispożizzjoni, minkejja ċ-ċirkustanza li huwa żżewweġ qabel l-iskadenza tal-perijodu ta’ tliet snin previst fl-imsemmi l-ewwel inċiż tal-ewwel subparagrafu, fil-każ fejn, f’dan il-perijodu kollu, huwa effettivament irrisjeda taħt l-istess saqaf bħall-ħaddiem immigrant Tork li permezz tiegħu huwa ddaħħal fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru abbażi tar-riunifikazzjoni tal-familja. |