This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52017XC0406(01)
Summary of Commission Decision of 19 July 2016 relating to a proceeding under Article 101 of the Treaty on the Functioning of the European Union and Article 53 of the EEA Agreement (Case AT.39824 — Trucks) (notified under document C(2016) 4673)
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Lulju 2016 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Il-Każ AT.39824 — Trakkijiet) (notifikat permezz tad-dokument C(2016) 4673)
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Lulju 2016 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Il-Każ AT.39824 — Trakkijiet) (notifikat permezz tad-dokument C(2016) 4673)
ĠU C 108, 6.4.2017, p. 6–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 108/6 |
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tad-19 ta’ Lulju 2016
li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE
(Il-Każ AT.39824 — Trakkijiet)
(notifikat permezz tad-dokument C(2016) 4673)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(2017/C 108/05)
Fid-19 ta’ Lulju 2016, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1) , il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u tal-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inkluża kull piena imposta, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom.
1. INTRODUZZJONI
(1) |
Id-Deċiżjoni tirrigwarda ksur uniku u kontinwu skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-entitajiet li ġejjin: MAN SE, MAN Truck & Bus AG, MAN Truck & Bus Deutschland GmbH (flimkien “MAN”); Daimler AG (minn hawn ‘il quddiem “Daimler”); Fiat Chrysler Automobiles N.V., CNH Industrial N.V., Iveco S.p.A., Iveco Magirus AG (flimkien “Iveco”); AB Volvo (publ), Volvo Lastvagnar AB, Renault Trucks SAS, Volvo Group Trucks Central Europe GmbH, (flimkien “Volvo/Renault”); PACCAR Inc., DAF Trucks Deutschland GmbH, DAF Trucks N.V., DAF (flimkien “DAF”). |
2. DESKRIZZJONI TAL-KAŻ
2.1. Proċedura
(3) |
Wara applikazzjoni għall-immunità mingħand MAN fl-20 ta’ Settembru 2010, il-Kummissjoni wettqet spezzjonijiet fil-binjiet tal-produtturi tat-trakkijiet bejn it-18 u l-21 ta’ Jannar 2011. Fit-28 ta’ Jannar 2011, Volvo/Renault applikaw għal tnaqqis fil-multi, segwiti minn Daimler fl-10 ta’ Frar 2011, fl-10:00 am, u Iveco fl-10 ta’ Frar 2011, fl-22:22 pm. |
(4) |
Fl-20 ta’ Novembru 2014, il-Kummissjoni tat bidu għal proċedimenti skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 kontra DAF, Daimler, Iveco, MAN, Volvo/Renault, u adottat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet, li hija nnotifikat lil dawn l-entitajiet. |
(5) |
Wara l-adozzjoni tad-Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet, id-Destinatarji resqu lejn il-Kummissjoni b’mod informali u talbu li l-każ jitkompla fil-qafas tal-proċedura ta’ riżolviment. Il-Kummissjoni ddeċidiet li tvara proċedimenti ta’ riżolviment għal dan il-każ wara li kull wieħed mid-destinatarji kien ikkonferma r-rieda tiegħu li jinvolvi ruħu f’diskussjonijiet ta’ riżolviment. Sussegwentement, MAN, DAF, Daimler, Volvo/Renault u Iveco ressqu t-talba formali ta’ riżolviment tagħhom lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 10a(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 (2). |
(6) |
Il-Kumitat Konsultattiv fil-Qasam tal-Prattiċi Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ opinjoni favorevoli fit-18 ta’ Lulju 2016 u l-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni fid-19 ta’ Lulju 2016. |
2.2. Destinatarji u durata
(7) |
Id-destinatarji tad-Deċiżjoni pparteċipaw f’kollużjoni u/jew iġorru r-responsabilità għaliha, bi ksur għalhekk tal-Artikolu 101 tat-Trattat, matul il-perjodi indikati hawn taħt: Permezz tal-applikazzjoni tal-Punt 26 tal-Linji Gwida dwar il-Multi, Volvo/Renault ngħatat immunità parzjali għall-perjodu mis-17 ta’ Jannar 1997 sal-15 ta’ Jannar 2001.
|
2.3. Sommarju tal-ksur
(8) |
Il-prodotti kkonċernati mill-ksur huma trakkijiet li jiżnu bejn 6 tunnellati u 16-il tunnellata (“trakkijiet medji”) u trakkijiet li jiżnu ‘l fuq minn 16-il tunnellata (“trakkijiet tqal”), kemm bħala trakkijiet riġidi, kif ukoll trakkijiet tratturi (minn hawn ‘l hemm, trakkijiet medji u tqal se jissejħu “trakkijiet” b’mod kollettiv) (3). Dan il-każ ma jirrigwardax servizzi ta’ wara l-bejgħ, servizzi oħrajn u garanziji għat-trakkijiet, il-bejgħ ta’ trakkijiet użati u oġġetti jew servizzi oħrajn. |
(9) |
Il-ksur kien jikkonsisti f’arranġamenti kollużivi dwar ipprezzar u żidiet fil-prezzijiet grossi fiż-ŻEE għat-trakkijiet; u t-twaqqit tal-kostijiet għall-introduzzjonijiet ta’teknoloġiji tal-emissjonijiet għal trakkijiet medji u tqal meħtieġa għall-istandards EURO 3 sa 6, u kif dawn il-kostijiet intirtu. Il-kwartieri ġenerali tad-destinatarji kienu direttament involuti fid-diskussjoni dwar il-prezzijiet, iż-żidiet fil-prezz u l-introduzzjoni ta’ standards ta’ emissjonijiet ġodda sal-2004. Sa mill-inqas Awwissu 2002 ‘l hemm, id-diskussjonijiet saru permezz ta’ sussidjarji Ġermaniżi li, min inqas u min iktar, kienu jirrappurtaw lill-Kwartieri Ġenerali tagħhom. Dan l-iskambju kien isir kemm fuq livell multilaterali kif ukoll dak bilaterali. |
(10) |
Dawn l-arranġamenti kollużivi kienu jinkludu ftehimiet u/jew prattiċi miftiehma dwar l-ipprezzar u żidiet fil-prezzijiet grossi sabiex il-prezzijiet grossi fiż-ŻEE jiġu allinjati, u t-twaqqit u l-wirt tal-kostijiet għall-introduzzjoni ta’ teknoloġiji tal-emissjonijiet meħtieġa mill-istandards EURO 3 sa 6. |
(11) |
Il-ksur kopra ż-ŻEE kollha, u dam għaddej mis-17 ta’ Jannar 1997 sat-18 ta’ Jannar 2011. |
2.4. Rimedji
(12) |
Id-Deċiżjoni tapplika l-Linji Gwida dwar il-Multi tal-2006 (4). Bl-eċċezzjoni ta’ MAN, id-Deċiżjoni timponi multi fuq l-entitajiet kollha elenkati taħt il-paragrafu(7) hawn fuq. |
2.4.1. L-ammont bażiku tal-multa
(13) |
Meta stabbiliet il-multi, il-Kummissjoni qieset il-bejgħ, min-naħa tal-impriżi, ta’ trakkijiet tqal u medji (kif definiti fil-paragrafu (8)) fiż-ŻEE fl-aħħar sena qabel ma spiċċa l-ksur; il-fatt li l-koordinazzjoni tal-prezzijiet hija waħda mill-iktar restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni ta’ ħsara; it-tul ta’ żmien tal-ksur; is-sehem mis-suq għoli tad-destinatarji fis-suq Ewropew għal trakkijiet tqal u medji; il-fatt li l-ksur kopra ż-ŻEE kollha, u ammont addizzjonali biex inaffar lill-impriżi milli jidħlu fi prattiċi ta’ koordinazzjoni tal-prezzijiet. |
2.4.2. Aġġustamenti għall-ammont bażiku
(14) |
Il-Kummissjoni ma applikat l-ebda ċirkostanza aggravanti jew mitiganti. |
2.4.3. Applikazzjoni tal-Avviż ta’ Klemenza
(15) |
MAN ingħatat l-immunità sħiħa mill-multi. Volvo/Renault ingħatat roħs ta’ 40 % mill-multa tagħha, Daimler ingħatat roħs ta’ 30 %, u Iveco ngħatat roħs ta’ 10 %. |
2.4.4. Applikazzjoni tan-Notifika ta’ Riżolviment
(16) |
B’riżultat tal-applikazzjoni tan-Notifika ta’ Riżolviment, l-ammont tal-multi imposti fuq id-destinatarji kollha tnaqqas b’10 % oħra. |
3. KONKLUŻJONI
(17) |
Il-multi li ġejjin kienu imposti skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.
|
(2) ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18.
(3) It-trakkijiet għall-użu militari huma esklużi.
(4) Linji gwida dwar il-metodu ta' kif jiġu stabbiliti l-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).