Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R0419

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/419 tal-24 ta’ Frar 2023 li jimplimenta l-Artikolu 8a tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna

    ST/5702/2023/INIT

    ĠU L 61, 27.2.2023, p. 20–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/419/oj

    27.2.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 61/20


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/419

    tal-24 ta’ Frar 2023

    li jimplimenta l-Artikolu 8a tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta’ Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8a tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fit-18 ta’ Mejju 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 765/2006.

    (2)

    Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK (2), il-Kunsill iddeċieda li jenħtieġ li l-miżuri restrittivi stabbiliti fiha jiġġeddu sat-28 ta’ Frar 2024.

    (3)

    Jenħtieġ li l-entrati relatati ma’ 21 persuna fiżika u żewġ persuni ġuridiċi inklużi fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 jiġu emendati.

    (4)

    Għaldaqstant jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Frar 2023.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. ROSWALL


    (1)   ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1).


    ANNESS

    L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    fit-Tabella “A. Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 2(1)", l-entrati 10, 17, 20, 22, 35, 39, 41, 42, 64, 65, 71, 73, 75, 78, 85, 87, 89, 90, 123, 125 u 179 huma sostitwiti b’dan li ġej:

     

    Ismijiet

    (Trażlitterazzjoni tal-ortografija Belarussa)

    (Trażlitterazzjoni tal-ortografija Russa)

    Ismijiet

    (ortografija Belarussa)

    (ortografija Russa)

    Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

    Raġunijiet għall-elenkar

    Data tal-elenkar

    “10.

    Khazalbek Baktibekavich ATABEKAU

    Khazalbek Bakhtibekovich ATABEKOV

    Хазалбек Бактiбекавiч АТАБЕКАЎ

    Хазалбек Бахтибекович АТАБЕКОВ

    Pożizzjoni(jiet): Eks Viċi Kmandant tat-Truppi Interni

    Data tat-twelid: 18.3.1967

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala Viċi Kmandant tat-Truppi Interni tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni, huwa kien responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni, b’mod partikolari t-Truppi Interni taħt il-kmand tiegħu, wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluża t-tortura, ta’ dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti.

    Huwa ġie mgħoddi għar-riżerva militari f’Marzu 2022 permezz tad-digriet ta’ Aliaksandr Lukashenka. Huwa għandu d-dritt jilbes uniformi u insinja militari.

    2.10.2020

    17.

    Andrei Vasilievich GALENKA

    Andrey Vasilievich GALENKA

    Андрэй Васiльевiч ГАЛЕНКА

    Андрей Васильевич ГАЛЕНКА

    Pożizzjoni(jiet): L-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment Distrettwali tal-Affarijiet Interni fid-Distrett ta’ Moskovski, Minsk, Kap tal-Pulizija tas-Sikurezza Pubblika

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala Viċi Kap tad-Dipartiment Distrettwali tal-Affarijiet Interni fid-Distrett ta’ Moskovski, Minsk u Kap tal-Pulizija tas-Sikurezza Pubblika, huwa kien responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija f’dak id-distrett kontra dimostranti paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari għall-arresti arbitrarji u l-użu eċċessiv ta’ forza u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura.

    Għadu attiv fir-reġim ta’ Lukashenka u qed iservi bħala l-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment Distrettwali tal-Affarijiet Interni fid-Distrett ta’ Moskovski, Minsk, Kap tal-Pulizija tas-Sikurezza Pubblika.

    2.10.2020

    20.

    Anatol Anatolievich VASILIEU

    Anatoli Anatolievich VASILIEV

    Анатоль Анатольевiч ВАСIЛЬЕЎ

    Анатолий Анатольевич ВАСИЛЬЕВ

    Pożizzjoni(jiet): L-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tar-Reġjun/l-Oblast ta’ Gomel/Homyel, Kap tal-Pulizija tas-Sikurezza Pubblika

    Eks Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tar-Reġjun/l-Oblast ta’ Gomel/Homyel, Kap tal-Pulizija tas-Sikurezza Pubblika, Eks Viċi President tal-Kumitat Investigattiv

    Data tat-twelid: 26.1.1972

    Post tat-twelid: Gomel/Homyel, Gomel/Homyel Region/Oblast, qabel il-USSR (illum Belarus)

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tar-Reġjun/l-Oblast ta’ Gomel/Homyel u Kap tal-Pulizija tas-Sikurezza Pubblika, huwa kien responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija f’dak ir-reġjun/l-oblast kontra dimostranti paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari għall-arresti arbitrarji u l-użu eċċessiv ta’ forza u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura.

    Għadu attiv fir-reġim ta’ Lukashenka bħala l-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tar-Reġjun/l-Oblast ta’ Gomel/Homyel, Kap tal-Pulizija tas-Sikurezza Pubblika.

    2.10.2020

    22.

    Leanid ZHURAUSKI

    Leonid ZHURAVSKI

    Леанiд ЖУРАЎСКI

    Леонид ЖУРАВСКИЙ

    Pożizzjoni(jiet): Eks Kap tal-OMON (“Stakkament tal-Pulizija għal Skopijiet Speċjali”) f’Vitebsk/Viciebsk

    Data tat-twelid: 20.9.1975

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu ta’ kmand fuq il-forzi tal-OMON f’Vitebsk/Viciebsk, huwa kien responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-OMON f’Vitebsk/Viciebsk wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin ta’ dimostranti paċifiċi.

    2.10.2020

    35.

    Alena Mikalaeuna DMUHAILA

    Elena Nikolaevna DMUHAILO

    Алена Мiкалаеўна ДМУХАЙЛА

    Елена Николаевна ДМУХАЙЛО

    Pożizzjoni(jiet): Eks Segretarju tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC)

    Data tat-twelid: 1.7.1971

    Sess: mara

    Fil-pożizzjoni preċedenti tagħha bħala s-Segretarju tas-CEC, hija kienet responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tas-CEC, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni.

    B’mod partikolari, is-CEC u t-tmexxija tagħha organizzaw l-esklużjoni ta’ ċerti kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta’ raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata.

    2.10.2020

    39.

    Sviatlana Piatrouna KATSUBA

    Svetlana Petrovna KATSUBO

    Святлана Пятроўна КАЦУБА

    Светлана Петровна КАЦУБО

    Pożizzjoni(jiet): Eks Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC)

    Data tat-twelid: 6.8.1959

    Post tat-twelid: Podilsk, Odessa Region/Oblast, qabel il-USSR (illum Ukraine)

    Sess: mara

    Fil-pożizzjoni preċedenti tagħha bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, hija kienet responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tas-CEC, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni.

    B’mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta’ ċerti kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta’ raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata.

    2.10.2020

    41.

    Igar Anatolievich PLYSHEUSKI

    Ihor Anatolievich PLYSHEVSKIY

    Iгар Анатольевiч ПЛЫШЭЎСКI

    Игорь Анатольевич ПЛЫШЕВСКИЙ

    Pożizzjoni(jiet): Eks Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC)

    Data tat-twelid: 19.2.1979

    Post tat-twelid: Lyuban, qabel il-USSR (illum Belarus)

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, huwa kien responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tas-CEC, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni.

    B’mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta’ ċerti kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta’ raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata.

    2.10.2020

    42.

    Marina Yureuna RAKHMANAVA

    Marina Yurievna RAKHMANOVA

    Марына Юр’еўна РАХМАНАВА

    Марина Юрьевна РАХМАНОВА

    Pożizzjoni(jiet): Eks Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC)

    Data tat-twelid: 26.9.1970

    Sess: mara

    Fil-pożizzjoni preċedenti tagħha bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, hija kienet responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tas-CEC, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni.

    B’mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta’ ċerti kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta’ raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata.

    2.10.2020

    64.

    Pavel Mikalaevich LIOHKI

    Pavel Nikolaevich LIOHKI

    Павел Мiкалаевiч ЛЁГКI

    Павел Николаевич ЛЁГКИЙ

    Pożizzjoni(jiet): Ministru kunsillier fl-ambaxxata Belarussa f’Moska, ir-Russja, Eks l-Ewwel Viċi Ministru għall-Informazzjoni

    Data tat-twelid: 30.5.1972

    Post tat-twelid: Baranavichy, qabel il-USSR (illum Belarus)

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni preċedenti ta’ tmexxija tiegħu bħala l-Ewwel Viċi Ministru għall-Informazzjoni, huwa kien responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili, u b’mod partikolari għad-deċiżjoni tal-Ministeru għall-Informazzjoni li jitwaqqaf l-aċċess għal siti web indipendenti u jillimita l-aċċess għall-Internet fil-Belarussja wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, bħala għodda ta’ repressjoni tas-soċjetà ċivili, tad-dimostranti paċifiċi u tal-ġurnalisti.

    Huwa għadu attiv fir-reġim ta’ Lukashenka bħala Ministru kunsillier fl-ambaxxata Belarussa f’Moska, ir-Russja.

    17.12.2020

    65.

    Ihar Uladzimiravich LUTSKY

    Igor Vladimirovich LUTSKY

    Iгар Уладзiмiравiч ЛУЦКI

    Игорь Владимирович ЛУЦКИЙ

    Pożizzjoni(jiet): Viċi Kap tal-Amministrazzjoni Presidenzjali, eks Ministru għall-Informazzjoni

    Data tat-twelid: 31.10.1972

    Post tat-twelid: Stolin, Brest Region/Oblast, qabel il-USSR (illum Belarus)

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni preċedenti ta’ tmexxija tiegħu bħala Ministru għall-Informazzjoni, huwa kien responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili, u b’mod partikolari għad-deċiżjoni tal-Ministeru għall-Informazzjoni li jitwaqqaf l-aċċess għal siti web indipendenti u jillimita l-aċċess għall-Internet fil-Belarussja wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, bħala għodda ta’ repressjoni tas-soċjetà ċivili, tad-dimostranti paċifiċi u tal-ġurnalisti.

    Huwa għadu attiv fir-reġim ta’ Lukashenka bħala Viċi Kap tal-Amministrazzjoni Presidenzjali.

    17.12.2020

    71.

    Dzmitry Aliaksandravich KURYAN

    Dmitry Alexandrovich KURYAN

    Дзмiтрый Аляксандравiч КУРЯН

    Дмитрий Александрович КУРЯН

    Pożizzjoni(jiet): Il-Viċi Kap tal-milizzja pubblika tal-Akkademja tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni, Kurunell tal-Pulizija, eks Viċi Kap tad-Dipartiment Ewlieni u Kap tad-Dipartiment tal-Infurzar tal-Liġi fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni

    Data tat-twelid: 3.10.1974

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni preċedenti ta’ tmexxija tiegħu bħala Viċi Kap tad-Dipartiment Ewlieni u Kap tad-Dipartiment tal-Infurzar tal-Liġi fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni, huwa kien responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-pulizija wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, tad-dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza fuq il-ġurnalisti.

    Huwa jibqa’ attiv fir-reġim ta’ Lukashenka bħala l-Viċi Kap tal-milizzja pubblika tal-Akkademja tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni u jibqa’ jżomm il-grad ta’ Kurunell tal-Pulizija.

    17.12.2020

    73.

    Dzmitry Mikalaevich SHUMILIN

    Dmitry Nikolayevich SHUMILIN

    Дзмiтрый Мiкалаевiч ШУМIЛIН

    Дмитрий Николаевич ШУМИЛИН

    Pożizzjoni(jiet): Viċi Kap tad-Direttorat għall-Protezzjoni tal-Ordni Pubbliku u l-Prevenzjoni, eks Viċi Kap tad-dipartiment għall-avvenimenti tal-massa tal-GUVD (Dipartiment Ewlieni għall-Affarijiet Interni) tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Belt ta’ Minsk

    Data tat-twelid: 26.7.1977

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala Viċi Kap tad-dipartiment għall-avvenimenti tal-massa tal-GUVD tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Belt ta’ Minsk, huwa kien responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-apparat lokali wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta’ dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti.

    Huwa ġie ddokumentat li ħa sehem personalment fid-detenzjoni illegali ta’ dimostranti paċifiċi.

    Huwa għadu attiv fir-reġim ta’ Lukashenka bħala Viċi Kap tad-Direttorat għall-Protezzjoni tal-Ordni Pubbliku u l-Prevenzjoni tal-GUVD (Dipartiment Ewlieni għall-Affarijiet Interni) tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Belt ta’ Minsk.

    17.12.2020

    75.

    Siarhei Leanidavich KALINNIK

    Sergei Leonidovich KALINNIK

    Сяргей Леанiдавiч КАЛИННИК

    Сергей Леонидович КАЛИННИК

    Pożizzjoni(jiet): Eks Kurunell tal-Pulizija, Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Sovetsky ta’ Minsk

    Data tat-twelid: 23.7.1979

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Sovetsky ta’ Minsk, huwa kien responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-pulizija lokali taħt il-kmand tiegħu wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta’ dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti.

    Skont ix-xhieda huwa ssorvelja personalment u ħa sehem fit-tortura ta’ dimostranti detenuti illegalment.

    17.12.2020

    78.

    Aliaksandr Aliaksandravich PIETRASH

    Alexander (Alexandr) Alexandrovich PETRASH

    Аляксандр Аляксандравiч ПЕТРАШ

    Александр Александрович ПЕТРАШ

    Pożizzjoni(jiet): President tal-Qorti tad-Distrett ta’ Tsentralny f’Minsk, eks President tal-qorti tad-distrett ta’ Moskovski f’Minsk

    Data tat-twelid: 16.5.1988

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala president tal-qorti tad-distrett ta’ Moskovski f’Minsk, huwa kien responsabbli għal bosta deċiżjonijiet politikament motivati kontra ġurnalisti, mexxejja tal-oppożizzjoni, attivisti u dimostranti. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tiegħu, kien hemm rapporti ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża u dipendenza fuq dikjarazzjonijiet minn xhieda foloz.

    Huwa kien strumentali fl-immultar u d-detenzjoni ta’ dimostranti, ġurnalisti u mexxejja tal-oppożizzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020.

    Għalhekk huwa responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien tal-istat tad-dritt, kif ukoll għal kontribut lejn it-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

    Huwa għadu attiv fir-reġim ta’ Lukashenka bħala president tal-Qorti tad-Distrett ta’ Tsentralny f’Minsk.

    17.12.2020

    85.

    Yulia Chaslavauna HUSTYR

    Yulia Cheslavovna HUSTYR

    Юлiя Чаславаўна ГУСТЫР

    Юлия Чеславовна ГУСТЫР

    Pożizzjoni(jiet): avukat fl-uffiċċju tal-għajnuna legali tad-distrett ta’ Kastrychnitski f’Minsk, eks Imħallef tal-Qorti tad-distrett ċentrali f’Minsk

    Data tat-twelid: 14.1.1984

    Sess: mara

    Fil-pożizzjoni preċedenti tagħha bħala mħallef tal-Qorti tad-distrett ċentrali f’Minsk, hija kienet responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra ġurnalisti, mexxejja tal-oppożizzjoni, attivisti u dimostranti, b’mod partikolari għas-sentenzjar tal-kandidat presidenzjali tal-oppożizzjoni Viktar Babarika. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tagħha, kien hemm rapporti ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża.

    Għalhekk hija responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien tal-istat tad-dritt, kif ukoll għal kontribut lejn it-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

    Hija għadha attiva fir-reġim ta’ Lukashenka bħala avukat fl-uffiċċju tal-għajnuna legali tad-distrett ta’ Kastrychnitski f’Minsk.

    17.12.2020

    87.

    Aliaksandr Vasilevich SHAKUTSIN

    Aleksandr Vasilevich SHAKUTIN

    Аляксандр Васiльевiч ШАКУЦIН

    Александр Васильевич ШАКУТИН

    Pożizzjoni(jiet): Negozjant, president tal-bord tad-diretturi ta’ Amkodor holding, azzjonist ta’ SV Maschinen GmbH, UAB EM System, Anulatrans SIA, Amkodor-Tsentr, OOO Iskamed, OOO PMI Inzhiniring,

    Data tat-twelid: 12.1.1959

    Post tat-twelid: Bolshoe Babino, Orsha Rayon, Vitebsk/Viciebsk Region/Oblast, qabel il-USSR (illum Belarus)

    Sess: raġel

    Huwa wieħed min-negozjanti ewlenin li joperaw fil-Belarussja, b’interessi kummerċjali fis-setturi tal-kostruzzjoni, tal-bini tal-magni, tal-agrikoltura u oħrajn.

    Huwa rrappurtat li huwa wieħed mill-persuni li bbenefikaw l-aktar mill-privatizzazzjoni matul il-mandat ta’ Lukashenka bħala President. Huwa wkoll eks membru tal-presidju tal-assoċjazzjoni pubblika favur Lukashenka “Belaya Rus” u eks membru tal-Kunsill għall-Iżvilupp tal-Intraprenditorija fir-Repubblika tal-Belarussja.

    F’Lulju 2020 għamel kummenti pubbliċi li kkundannaw il-protesti tal-oppożizzjoni fil-Belarussja, u b’hekk appoġġa l-politika ta’ repressjoni tar-reġim ta’ Lukashenka lejn dimostranti paċifiċi, l-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili.

    Għaldaqstant huwa qed jibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed jappoġġah.

    Huwa għad għandu interessi kummerċjali fil-Belarussja.

    17.12.2020

    89.

    Natallia Mikhailauna BUHUK

    Natalia Mikhailovna BUGUK

    Наталля Мiхайлаўна БУГУК

    Наталья Михайловна БУГУК

    Pożizzjoni: imħallef tal-Qorti tal-Belt ta’ Minsk, eks imħallef fil-qorti tad-distrett ta’ Fruzensky f’Minsk

    Data tat-twelid: 19.12.1989

    Post tat-twelid: Minsk, qabel il-USSR (illum Belarus)

    Sess: mara

    Nazzjonalità: Belarussa

    Fil-pożizzjoni preċedenti tagħha bħala mħallef tal-qorti tad-distrett ta’ Fruzensky f’Minsk, Natallia Buhuk kienet responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra ġurnalisti u dimostranti, b’mod partikolari għas-sentenzjar ta’ Katsiaryna Bakhvalava (Andreyeva) u Darya Chultsova. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tagħha, kien hemm rapporti ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża u d-dritt ta’ proċess ġust.

    Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

    Hija għadha attiva fir-reġim ta’ Lukashenka bħala imħallef tal-Qorti tal-Belt ta’ Minsk.

    21.6.2021

    90.

    Alina Siarhieeuna KASIANCHYK

    Alina Sergeevna KASYANCHYK

    Алiна Сяргееўна КАСЬЯНЧЫК

    Алина Сергеевна КАСЬЯНЧИК

    Pożizzjoni: prosekutur fl-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Belt ta’ Minsk, eks Assistent Prosekutur fil-Qorti tad-Distrett ta’ Frunzensky f’Minsk

    Data tat-twelid: 12.3.1998

    Post tat-twelid:

    Sess: mara

    Nazzjonalità: Belarussa

    Fil-pożizzjoni preċedenti tagħha bħala assistent prosekutur fil-Qorti tad-Distrett ta’ Fruzensky f’Minsk, Alina Kasianchyk irrappreżentat ir-reġim ta’ Lukashenka f’kawżi politikament motivati kontra ġurnalisti, attivisti u dimostranti. B’mod partikolari, hija ħarrket lill-ġurnalisti Katsiaryna Bakhvalava (Andreyeva) u Darya Chultsova talli rreġistraw protesti paċifiċi, fuq l-akkużi bla bażi ta’ “reat ta’ assoċjazzjoni” u “ksur tal-ordni pubbliku”. Hija ħarrket ukoll membri tas-soċjetà ċivili Belarussa eż. talli ħadu sehem fi protesti paċifiċi, u sellmu lid-dimostrant maqtul Aliaksandr Taraikousky. Hija kontinwament talbet lill-imħallef għal sentenzi ta’ ħabs fit-tul.

    Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

    Hija għadha attiva fir-reġim ta’ Lukashenka bħala prosekutur fl-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Belt ta’ Minsk.

    21.6.2021

    104.

    Andrei Vaclavavich HRUSHKO

    Andrei Vatslavovich GRUSHKO

    Андрэй Вацлававiч ГРУШКО

    Андрей Вацлавович ГРУШКО

    Pożizzjoni: Viċi President tal-Qorti tad-Distrett ta’ Leninsky ta’ Brest, eks Imħallef tal-Qorti tad-Distrett ta’ Leninsky ta’ Brest

    Data tat-twelid: 24.1.1979

    Post tat-twelid:

    Sess: raġel

    Nazzjonalità: Belarussa

    Fil-pożizzjoni tiegħu bħala mħallef tal-Qorti tad-Distrett ta’ Leninsky ta’ Brest, Andrei Hrushko huwa responsabbli għal bosta deċiżjonijiet politikament motivati kontra dimostranti paċifiċi, b’mod partikolari bis-sentenzjar ta’ attivisti, rikonoxxuti bħala priġunieri politiċi, u ta’ minorenni.

    Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll ir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

    Bħalissa huwa jservi bħala d-Deputat President tal-Qorti tad-Distrett ta’ Leninsky ta’ Brest.

    21.6.2021

    123.

    Aliaksandr Yauhenavich SHATROU

    Alexander (Alexandr) Evgenevich SHATROV

    Аляксандр Яўгенавiч ШАТРОЎ

    Александр Евгеньевич ШАТРОВ

    Pożizzjoni(jiet): Negozjant, azzjonist u eks kap ta’ Synesis LLC

    Data tat-twelid: 9.11.1978

    Post tat-twelid: qabel il-USSR (illum Russian Federation)

    Sess: raġel

    Nazzjonalità: Russa, Belarussa

    ID personali: 3091178A002VF5

    Fil-pożizzjoni tiegħu bħala eks kap u eks azzjonist maġġoritarju ta’ Synesis LLC, Alexander Shatrov kien responsabbli għal dik id-deċiżjoni ta’ dik il-kumpanija li tipprovdi lill-awtoritajiet Belarussi pjattaforma ta’ sorveljanza, Kipod, li tista’ tfittex f’filmati u tanalizzahom, u tuża software ta’ rikonoxximent tal-wiċċ. Għaldaqstant qed jikkontribwixxi għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika mill-apparat tal-istat. Synesis issostni li waqfet tipprovdi lill-awtoritajiet Belarussi bil-pjattaforma Kipod, iżda skont ir-rapporti tal-ByPOL, Kipod għadha tintuża mill-aġenziji tas-sigurtà tal-istat.

    Synesis hija waħda mir-residenti tal-Hi-Tech Park, maħluqa b’digriet ta’ Aliaksandr Lukashenka, u bħala tali tgawdi bosta benefiċċji, inkluż eżenzjonijiet mit-taxxa fuq l-introjtu, il-VAT, id-dazju offshore, id-dazji doganali u oħrajn.

    Synesis LLC u s-sussidjarja tagħha Panoptes ibbenefikaw mis-sehem tagħhom fis-Sistema ta’ Monitoraġġ tas-Sikurezza Repubblikana. Kumpaniji oħra li tagħhom Shatrov kien proprjetarju jew koproprjetarju, bħal BelBet u Synesis Sport, ukoll ibbenefikaw minn kuntratti tal-gvern.

    Huwa għamel stqarrijiet pubbliċi fejn ikkritika lil dawk li kienu qed jipprotestaw kontra r-reġim ta’ Lukashenka u qiegħed f’perspettiva n-nuqqas ta’ demokrazija fil-Belarussja. Għaldaqstant huwa jibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u jappoġġah.

    Huwa għadu azzjonist ta’ Synesis LLC.

    21.6.2021

    125.

    Mikhail Safarbekovich GUTSERIEV

    Микаил (Михаил) Сафарбекович ГУЦЕРИЕВ

    Pożizzjoni(jiet): Negozjant, azzjonist u president tal-bord eżekuttiv ta’ Slavkali, president tal-bord tad-diretturi u azzjonist ta’: JSC Mospromstroi, Industrial Financial Group Safmar JSC, LLC Proekt Grad.

    Membru tal-bord tad-diretturi u azzjonist ta’ JSC NKNeftisa

    Data tat-twelid: 9.5.1958

    Post tat-twelid: Akmolinsk, qabel il-USSR (illum Kazakhstan)

    Sess: raġel

    Nazzjonalità: Russa

    Mikhail Gutseriev huwa negozjant prominenti Russu, b’interessi kummerċjali fil-Belarussja fis-setturi tal-enerġija, tal-potassa, tal-ospitalità u oħrajn. Huwa ilu żmien twil konoxxenza ta’ Aliaksandr Lukashenka u bis-saħħa ta’ dik l-assoċjazzjoni akkumula ġid u influwenza sinifikanti fost l-elit politiku fil-Belarussja. Safmar, kumpanija li kienet ikkontrollata minn Gutseriev, kienet l-unika ditta taż-żejt Russa li kompliet tforni ż-żejt lir-raffineriji Belarussi waqt il-kriżi tal-enerġija bejn il-Belarussja u r-Russja fil-bidu tal-2020.

    Gutseriev appoġġa wkoll lil Lukashenka f’tilwim mar-Russja dwar il-kunsinni taż-żejt. Gutseriev kien il-president tal-bord tad-diretturi u azzjonist fil-kumpanija Slavkali, li qed tibni l-impjant ta’ Nezhinsky għat-tħaffir u l-ipproċessar tal-klorur tal-potassju bbażat fuq id-depożitu ta’ melħ potassiku ta’ Starobinsky qrib Lyuban. Huwa l-akbar investiment fil-Belarussja, b’valur ta’ USD 2 biljun. Lukashenka wiegħed li jibdel l-isem tal-belt ta’ Lyuban għal Gutserievsk biex jagħtih ġieħ.

    In-negozji l-oħrajn tiegħu fil-Belarussja inkludew stazzjonijiet tal-fjuwil u mħażen taż-żejt, lukanda, ċentru tan-negozju u terminal tal-ajruport f’Minsk. Lukashenka ddefenda lil Gutseriev wara li nbdiet investigazzjoni kriminali kontrih fir-Russja. Lukashenka rringrazzja wkoll lil Gutseriev għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji tiegħu għall-karità u l-investimenti ta’ valur ta’ biljuni ta’ dollari fil-Belarussja. Gutseriev huwa rrappurtat li rregala lil Lukashenka rigali lussużi.

    Gutseriev ddikjara wkoll li huwa s-sid ta’ residenza, li de facto tappartjeni lil Lukashenka, u b’hekk għattielu meta l-ġurnalisti bdew jinvestigaw l-assi ta’ Lukashenka. Gutseriev attenda l-inawgurazzjoni sigrieta ta’ Lukashenka fit-23 ta’ Settembru 2020. F’Ottubru 2020, Lukashenka u Gutseriev it-tnejn dehru fil-ftuħ ta’ knisja ortodossa, li dan tal-aħħar sponsorja.

    Skont rapporti tal-media, meta l-impjegati tal-media tal-istat Belarussa li kienu qed jistrajkjaw tkeċċew f’Awwissu 2020, ħaddiema tal-media Russi twasslu lejn il-Belarussja abbord inġenji tal-ajru li jappartjenu lil Gutseriev sabiex jissostitwixxu l-ħaddiema mkeċċija, u qagħdu fil-lukanda Minsk Renaissance Hotel li tappartjeni lil Gutseriev. Gutseriev assista fl-akkwist tal-iskanners tas-CT għall-Belarussja matul il-kriżi tal-COVID-19. Għaldaqstant Mikhail Gutseriev qed jibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed jappoġġah.

    21.6.2021

    129.

    Aleh Mikalaevich, BELIAKOU

    Oleg Nikolaevich BELIAKOV

    Алег Мiĸалаевiч БЕЛЯКОЎ

    Олег Ниĸолаевич БЕЛЯКОВ

    Pożizzjoni: Kap tad-Dipartiment tal-ħidma ideoloġika u l-appoġġ tal-persunal fil- Ministeru għall-Affarijiet Interni tal-Belarussja, eks Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Korrezzjoni Penali tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni

    Data tat-twelid:

    Post tat-twelid:

    Sess: raġel

    Nazzjonalità: Belarussa

    Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu ta’ Viċi Kap tad-Dipartiment Korrettiv Penali fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni b’awtorità fuq il-faċilitajiet ta’ detenzjoni, Aleh Beliakou kien responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fil-konfront ta’ ċittadini li ħadu sehem fi protesti paċifiċi u ġew detenuti f’dawk il-faċilitajiet ta’ detenzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, f’konformità mad-diskors li Lukashenka ta lill-uffiċjali tal-Ministeru għall-Intern.

    Fil-pożizzjoni tiegħu, iġorr responsabbiltà għall-kondizzjonijiet tad-detenzjoni fil-ħabsijiet Belarussi, inkluż il-kategorizzazzjoni tal-ħabsin skont it-tipi differenti ta’ maltrattament u tortura li d-detenuti jiġu soġġetti għalihom, bħal abbuż verbali, iżolament punittiv, tiċħid ta’ telefonati u żjarat, mutilazzjoni, swat u tortura brutali.

    Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

    Huwa għadu attiv fir-reġim ta’ Lukashenka bħala Kap tad-Dipartiment tal-ħidma ideoloġika u l-appoġġ tal-persunal fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni tal-Belarussja.

    21.6.2021

    131.

    Andrei Mikalaevich DAILIDA

    Andrei Nikolaevich DAILIDA

    Андрэй Мiкалаевiч ДАЙЛIДА

    Андрей Ниĸолаевич ДАЙЛИДА

    Pożizzjoni: Kap tad-Dipartiment tal-Appoġġ minn Wara l-Kwinti fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni tal-Belarussja, eks Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Korrezzjoni Penali tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni

    Data tat-twelid: 1.7.1974

    Post tat-twelid:

    Passaport: KH2133825

    Sess: raġel

    Nazzjonalità: Belarussa

    Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu ta’ Viċi Kap tad-Dipartiment Korrettiv Penali fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni b’awtorità fuq il-faċilitajiet ta’ detenzjoni, Andrei Dailida kien responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fil-konfront ta’ ċittadini li ħadu sehem fi protesti paċifiċi u ġew detenuti f’dawk il-faċilitajiet ta’ detenzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, f’konformità mad-diskors li Lukashenka ta lill-uffiċjali tal-Ministeru għall-Intern.

    Fil-pożizzjoni tiegħu, iġorr responsabbiltà għall-kondizzjonijiet tad-detenzjoni fil-ħabsijiet Belarussi, inkluż il-kategorizzazzjoni tal-ħabsin skont it-tipi differenti ta’ maltrattament u tortura li d-detenuti jiġu soġġetti għalihom, bħal abbuż verbali, iżolament punittiv, tiċħid ta’ telefonati u żjarat, mutilazzjoni, swat u tortura brutali. Għall-ħidma tiegħu bħala Viċi Kap tad-Dipartiment Korrettiv Penali fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni, f’Diċembru 2020 huwa ngħata l-Ordni Presidenzjali għas-servizz lill-Art tat-twelid u għalhekk ibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka.

    Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

    Huwa għadu attiv fir-reġim ta’ Lukashenka bħala l-Kap tal-Appoġġ minn Wara l-Kwinti fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni.

    21.6.2021

    179.

    Andrei Andreevich PRAKAPUK

    Andrey Andreevich PROKOPUK

    Андрэй Андрэевiч ПРАКАПУК

    Андрей Андреевич ПРОКОПУК

    Pożizzjoni: Direttur tal-Intrapriża Unitarja Repubblikana “Brest Center for Standardisation, Metrology and Certification” (Ċentru ta’ Brest għall-Istandardizzazzjoni, il-Metroloġija u ċ-Ċertifikazzjoni), eks Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Finanzjarji tal-Kumitat tal-Kontroll tal-Istat tar-Repubblika tal-Belarussja

    Kurunell tal-Pulizija Finanzjarja

    Data tat-twelid: 22.7.1973

    Post tat-twelid: Kobrin, Brest region, Belarus

    Indirizz: 22 Mira St., apt. 88, Priluki, Minsk, Belarus

    Sess: raġel

    Nazzjonalità: Belarussa

    ID personali: 3220773C061PB1

    Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala l-Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Finanzjarji tal-Kumitat tal-Kontroll tal-Istat tar-Repubblika tal-Belarussja, Andrei Prakapuk kien responsabbli għall-kampanji politikament motivati ta’ dak id-dipartiment kontra ġurnalisti u entitajiet tal-media indipendenti Belarussi. Huwa approva personalment deċiżjoni biex issir tfittxija tal-bini tal-entità tal-media indipendenti TUT.by u beda kawża tal-qorti kontra TUT.by u l-ġurnalisti impjegati minn TUT.by, kif ukoll imblokka l-aċċess għas-sit web ta’ TUT.by.

    Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika kif ukoll għad-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt.

    Huwa għadu attiv fir-reġim ta’ Lukashenka bħala Direttur tal-Intrapriża Unitarja Repubblikana “Brest Center for Standardisation, Metrology and Certification” (Ċentru ta’ Brest għall-Istandardizzazzjoni, il-Metroloġija u ċ-Ċertifikazzjoni).

    2.12.2021

    195.

    Ivan Ivanavich GALAVATYI

    Ivan Ivanovich GOLOVATY

    Iван Iванавiч ГАЛАВАТЫ

    Иван Иванович ГОЛОВАТЫЙ

    Pożizzjoni(jiet): Direttur Ġenerali tal-kumpanija limitata b’ishma miftuħa “Belaruskali”, President tal-bord superviżorju ta’ JSC Belarussian Potash Company.

    Membru tal-Kumitat Permanenti tal-Kunsill tar-Repubblika tal-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika tal-Belarussja għall-Affarijiet Barranin u s-Sigurtà Nazzjonali

    Data tat-twelid: 15.6.1976

    Post tat-twelid: Pogost Settlement, Soligorsk District, Minsk Province, Belarus

    Sess: raġel

    Nazzjonalità: Belarussa

    Ivan Galavatyi huwa d-Direttur Ġenerali tal-intrapriża statali Belaruskali, li hija sors ewlieni ta’ dħul u munita barranija għar-reġim ta’ Lukashenka. Huwa membru tal-Kunsill tar-Repubblika tal-Assemblea Nazzjonali u għandu diversi pożizzjonijiet għolja oħra fil-Belarussja. Barra minn hekk, huwa l-President tal-bord superviżorju ta’ JSC Belarussian Potash Company. Huwa rċieva diversi premjijiet statali, inkluż direttament mingħand Aliaksandr Lukashenka, matul il-karriera tiegħu. Huwa kien assoċjat mill-qrib ma’ Lukashenka u membri tal-familja tiegħu. Għaldaqstant huwa qed jibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed jappoġġah.

    L-impjegati tal-Belaruskali li ħadu sehem fi strajks u protesti paċifiċi wara l-elezzjonijiet presidenzjali frodulenti ta’ Awwissu 2020 fil-Belarussja, ġew imċaħħda minn premiums u sfaw imkeċċija. Lukashenka nnifsu hedded personalment li jissostitwixxi lil dawk li strajkaw b’minaturi mill-Ukrajna. Għaldaqstant, Ivan Galavatyi huwa responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili.

    3.6.2022”

    (2)

    fit-Tabella “B. Persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 2(1)”, l-entrati 5 u 29 huma sostitwiti b’dan li ġej:

     

    Ismijiet

    (Trażlitterazzjoni tal-ortografija Belarussa)

    (Trażlitterazzjoni tal-ortografija Russa)

    Ismijiet

    (ortografija Belarussa)

    (ortografija Russa)

    Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

    Raġunijiet għall-elenkar

    Data tal-elenkar

    “5.

    SYNESIS LLC

    ООО “Синезис”

    Indirizz: 220005, Minsk, Platonova 20B Belarus; Mantulinskaya 24, Moscow 123100, Russia.

    Numru tar-reġistrazzjoni (УНН/ИНН): 190950894 (Belarussja); 7704734000/

    770301001 (Russja).

    Sit web: https://synesis.partners; https://synesis-group.com/

    Tel. +375 (17) 240-36-50

    Indirizz elettroniku: yuriy.serbenkov@synesis.by

    Synesis LLC ipprovdiet lill-awtoritajiet tal-Belarussja bi pjattaforma ta’ sorveljanza Kipod, li tista’ tfittex u tanalizza filmati u tuża software ta’ rikonoxximent tal-wiċċ, li jagħmel lill-kumpanija responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika mill-apparat tal-istat fil-Belarussja. Il-Kumitat għas-Sigurtà tal-Istat tal-Belarussja (KGB) u l-Ministeru għall-Affarijiet Interni ġew elenkati bħala utenti ta’ sistema maħluqa minn Synesis.

    Il-kumpanija għalhekk qed tibbenefika mill-assoċjazzjoni tagħha mar-reġim ta’ Lukashenka u qed tappoġġah.

    Synesis issostni li waqfet tipprovdi lill-awtoritajiet Belarussi bil-pjattaforma Kipod, iżda skont ir-rapporti tal-ByPOL, Kipod għadha tintuża mill-aġenziji tat-titoli tal-Istat.

    Synesis hija waħda mir-residenti tal-Hi-Tech Park, maħluqa b’digriet ta’ Aliaksandr Lukashenka, u bħala tali tgawdi bosta benefiċċji, inkluż eżenzjonijiet mit-taxxa fuq l-introjtu, il-VAT, id-dazju offshore, id-dazji doganali u oħrajn.

    17.12.2020

    29.

    Kumpanija Limitata b’Ishma ‘Belarusian Potash Company’

    ААТ “Беларуская “калiйная кампанiя”

    ОАО “Белорусская калийная компания”

    Indirizz: 35 Masherova Ave., 220002 Minsk, Belarus

    Data tar-reġistrazzjoni: 13.9.2013

    Numru tar-reġistrazzjoni: 192050251

    Tel. +375 (17) 309-30-10; +375 (17) 309-30-30

    Indirizz elettroniku: info@belpc.by

    JSC Belarusian Potash Company hija l-fergħa esportatriċi tal-produttur tal-potassa statali tal-Belarussja Belaruskali. Belaruskali hija waħda mill-akbar sorsi ta’ dħul għar-reġim ta’ Lukashenka. Il-provvisti mill-Belarusian Potash Company jammontaw għal 20 % tal-esportazzjonijiet globali tal-potassa.

    L-istat iggarantixxa d-drittijiet ta’ monopolju tal-Belarusian Potash Company biex tesporta fertilizzanti tal-potassju. Bis-saħħa tat-trattament preferenzjali mill-awtoritajiet Belarussi, il-kumpanija taqla’ dħul sostanzjali. Għaldaqstant, il-Belarusian Potash Company tibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u tappoġġah.

    3.6.2022”


    Top