Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R1747

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1747 tat-30 ta' Settembru 2015 li jikkoreġi l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 26/2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-vitamina E bħala addittiv fl-għalf għal kull speċi tal-annimali (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 256, 1.10.2015, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 07/03/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R0341

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/1747/oj

    1.10.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 256/7


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1747

    tat-30 ta' Settembru 2015

    li jikkoreġi l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 26/2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-vitamina E bħala addittiv fl-għalf għal kull speċi tal-annimali

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid ta' addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

    (2)

    Il-vitamina E kienet soġġetta għal evalwazzjoni mill-ġdid u awtorizzata bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 26/2011 (3) sal-4 ta' Frar 2021 bħala addittiv fl-għalf għal kull speċi tal-annimali.

    (3)

    Għalkemm l-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 26/2011 jirreferi għall-preparazzjonijiet tal-vitamina E li huma awtorizzati bħala addittivi fl-għalf skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness tiegħu, f'dak l-Anness m'hemm l-ebda referenza għal preparazzjonijiet. Din l-inkonsistenza twassal biex l-awtoritajiet tal-kontroll ta' xi Stati Membri jqisu li l-preparazzjonijiet bil-vitamina E mhumiex awtorizzati.

    (4)

    Sabiex ir-Regolament (UE) Nru 26/2011 jiġi interpretat sew, l-Anness jeħtieġ ikun fih referenza għal dak ir-Regolament li tkun tiċċara l-użu u t-tqegħid fis-suq ta' preparazzjonijiet bil-vitamina E, għax dan kien il-ħsieb meta r-Regolament kien ġie adottat.

    (5)

    Barra minn hekk, mill-esperjenza tal-kontrolli uffiċjali fuq it-tikkettar tal-vitamina E ħareġ fid-dieher li jeħtieġ issir kjarifika rigward l-isem speċifiku mogħti lill-addittiv.

    (6)

    Għaldaqstant ir-Regolament (UE) Nru 26/2011 għandu jiġi emendat skont dan.

    (7)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Annessi tar-Regolament (UE) Nru 26/2011 għandhom jiġu emendati kif ġej:

    1.

    fil-kolonna tal-intestatura “Addittiv”:

    “Vitamina E/all-rac-alpha-tocopheryl acetate” tinbidel bi “‘Vitamina E’ jew ‘all-rac-alpha-tocopheryl acetate’” ;

    “Vitamina E/RRR alpha tocopheryl acetate” tinbidel bi “‘Vitamina E’ jew ‘RRR alpha tocopheryl acetate’” ;

    “Vitamina E/RRR alpha tocopherol” tinbidel bi “‘Vitamina E’ jew ‘RRR alpha tocopherol’” .

    2.

    fil-kolonna tal-intestatura “Dispożizzjonijiet oħra”, jiżdied dan il-punt:

    “3.

    Il-vitamina E tista' titqiegħed fis-suq u tintuża bħala addittiv magħmul minn preparazzjoni.”

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Settembru 2015.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

    (2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda l-addittivi fl-għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 26/2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-vitamina E bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 11, 15.1.2011, p. 18).


    Top