Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0669

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 669/2012 tal- 20 ta’ Lulju 2012 li jiffissa l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni li għalihom tressqet applikazzjoni mill- 1 sas- 7 ta' Lulju 2012 għal prodotti taz-zokkor fil-kuntest ta’ ċerti kwoti tariffarji u li jissospendi t-tressiq ta’ applikazzjonijiet għat-tali liċenzji

    ĠU L 194, 21.7.2012, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/669/oj

    21.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 194/10


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 669/2012

    tal-20 ta’ Lulju 2012

    li jiffissa l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni li għalihom tressqet applikazzjoni mill-1 sas-7 ta' Lulju 2012 għal prodotti taz-zokkor fil-kuntest ta’ ċerti kwoti tariffarji u li jissospendi t-tressiq ta’ applikazzjonijiet għat-tali liċenzji

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (“ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS”) (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 li jiftaħ u jamministra ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor (3), u b’mod partikulari l-Artikolu 5(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-kwantitajiet li jkopru l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa lill-awtoritajiet kompetenti mill-1 sas-7 ta' Lulju 2012 skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009, jaqbżu l-kwantità disponibbli skont is-serje li ġġib in-numru 09.4321.

    (2)

    F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi ffissat koeffiċjent tal-allokazzjoni għal-liċenzji li għandhom jinħarġu fir-rigward tas-serje li ġġib in-numru 09.4321 skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006. It-tressiq ta’ iktar applikazzjonijiet għal-liċenzji għal dak in-numru tas-serje għandu jkun sospiż sa tmiem is-sena tas-suq, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   Il-kwantitajiet li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mill-1 sas-7 ta' Lulju 2012 skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 għandhom jiġu mmultiplikati bil-koeffiċjenti tal-allokazzjoni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    2.   It-tressiq ta’ iktar applikazzjonijiet għal-liċenzji, li jikkorrispondu man-numri tas-serje mogħtija fl-Anness, għandu jkun sospiż sa tmiem is-sena tas-suq 2011/2012.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Lulju 2012.

    Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,

    José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

    (3)  ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82.


    ANNESS

    Il-konċessjonijiet taz-zokkor tal-iskeda bin-numru CXL

    Is-sena tas-suq 2011/2012

    Applikazzjonijiet li tressqu mill-1.7.2012 sas-7.7.2012

    In-numru tas-serje

    Il-pajjiż

    Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni

    (f’%)

    Iktar applikazzjonijiet

    09.4317

    L-Awstralja

    Sospiżi

    09.4318

    Il-Brażil

    Sospiżi

    09.4319

    Kuba

    Sospiżi

    09.4320

    Kwalunkwe pajjiż terz

    Sospiżi

    09.4321

    L-Indja

    9,090909

    Sospiżi

    Mhux applikabbli: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal-liċenzja.


    Iz-zokkor mill-Balkani

    Is-sena tas-suq 2011/2012

    Applikazzjonijiet li tressqu mill-1.7.2012 sas-7.7.2012

    In-numru tas-serje

    Il-pajjiż

    Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni(f’%)

    Iktar applikazzjonijiet

    09.4324

    L-Albanija

     

    09.4325

    il-Bosnja-Ħerzegovina

     (1)

     

    09.4326

    Is-Serbja

     (1)

     

    09.4327

    Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

     

    09.4328

    Il-Kroazja

     

    Mhux applikabbli: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal-liċenzja.


    Iz-zokkor għall-importazzjoni eċċezzjonali u dak għall-importazzjoni industrijali

    Is-sena tas-suq 2011/2012

    Applikazzjonijiet li tressqu mill-1.7.2012 sas-7.7.2012

    In-numru tas-serje

    It-tip

    Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni

    (f’%)

    Iktar applikazzjonijiet

    09.4380

    Eċċezzjonali

     

    09.4390

    Industrijali

     

    Mhux applikabbli: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal-liċenzja.


    (1)  Mhux applikabbli: l-applikazzjonijiet ma jaqbżux il-kwantitajiet disponibbli u qed jingħataw kollha.


    Top