This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R1540
Commission Regulation (EC) No 1540/2007 of 20 December 2007 fixing the coefficients applicable to cereals exported in the form of Irish whiskey for the period 2007/08
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1540/2007 ta' l- 20 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-koeffiċjenti applikabbli għaċ-ċereali esportati fil-forma ta’ Irish whiskey għall-perjodu 2007/2008
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1540/2007 ta' l- 20 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-koeffiċjenti applikabbli għaċ-ċereali esportati fil-forma ta’ Irish whiskey għall-perjodu 2007/2008
ĠU L 337, 21.12.2007, pp. 52–53
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2008
|
21.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 337/52 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1540/2007
ta' l-20 ta’ Diċembru 2007
li jistabbilixxi l-koeffiċjenti applikabbli għaċ-ċereali esportati fil-forma ta’ Irish whiskey għall-perjodu 2007/2008
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1670/2006 ta’ l-10 ta’ Novembru 2006 li jistipula ċerti regoli dettalljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 rigward l-iffissar u l-għoti tar-rifużjonijiet aġġustati għaċ-ċereali esportati fil-forma ta’ ċerti xarbiet spiritużi [titlu mhux uffiċjali] (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1670/2006 jipprovdi li l-kwantitajiet taċ-ċereali eliġibbli għar-rifużjoni għandhom ikunu l-kwantitajiet ta’ ċereali mqiegħda taħt il-kontroll u ddistillati, piżati b’koeffiċjent li jiġi ffissat kull sena għal kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati. Il-koeffiċjent għandu jesprimi r-relazzjoni bejn il-kwantitajiet totali esportati u l-kwantitajiet imqiegħda fis-suq tax-xorb spirituż ikkonċernat, fuq il-bażi tax-xejra nnotata f’dawn il-kwantitajiet matul l-għadd ta’ snin li jikkorrispondi għall-perjodu medju taż-żmien tal-maturazzjoni ta’ dan ix-xorb spirituż. |
|
(2) |
Fuq il-bażi tat-tagħrif fornut mill-Irlanda u li jirrigwarda l-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2006, dan il-perjodu medju tal-maturazzjoni fl-2006 kien ħames snin għall-Irish whiskey. |
|
(3) |
Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ffissati l-koeffiċjenti għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru sat-30 ta’ Settembru 2008. |
|
(4) |
L-Artikolu 10 tal-Protokoll 3 mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jipprekludi l-konċessjoni ta’ rifużjonijiet rigward l-esportazzjonijiet lejn il-Liechtenstein, l-Iżlanda u n-Norveġja. Barra minn hekk, il-Komunità kkonkludiet ftehimiet ma’ ċerti pajjiżi terzi li jabolixxu r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni. Għalhekk jeħtieġ li, b’applikazzjoni ta’ l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1670/2006, dan jitqies fil-kalkolu tal-koeffiċjenti għall-perjodu 2007/2008. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru sat-30 ta’ Settembru 2008, il-koeffiċjenti pprovduti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1670/2006 applikabbli għaċ-ċereali użati fl-Irlanda fil-produzzjoni ta’ l-Irish whiskey għandhom ikunu kif speċifikat fl-Anness I għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 735/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 6).
(2) ĠU L 312, 11.11.2006, p. 33. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1913/2007 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).
ANNESS
Il-koeffiċjenti applikabbli fl-Irlanda
|
Perjodu ta’ applikazzjoni |
Koeffiċjent applikabbli |
|
|
għax-xgħir utilizzat fil-produzzjoni ta’ l-Irish whiskey, kategorija B (1) |
għaċ-ċereali utilizzati fil-produzzjoni ta’ l-Irish whiskey, kategorija A |
|
|
Mill-1 ta’ Ottubru 2007 sat-30 ta’ Settembru 2008 |
0,706 |
1,782 |
(1) Inkluż ix-xgħir ipproċessat f’malt.