This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R1419
Council Regulation (EC) No 1419/2007 of 29 November 2007 terminating the partial interim review of the anti-dumping measures applicable to imports of integrated electronic compact fluorescent lamps (CFL-i) originating in the People's Republic of China
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1419/2007 tad- 29 ta' Novembru 2007 li jtemm ir-reviżjoni parzjali interim tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ lampi fluworexxenti elettroniċi integrati u kompatti (CFL-i) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1419/2007 tad- 29 ta' Novembru 2007 li jtemm ir-reviżjoni parzjali interim tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ lampi fluworexxenti elettroniċi integrati u kompatti (CFL-i) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
ĠU L 317, 5.12.2007, p. 1–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 18/10/2008
5.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 317/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1419/2007
tad-29 ta' Novembru 2007
li jtemm ir-reviżjoni parzjali interim tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ lampi fluworexxenti elettroniċi integrati u kompatti (CFL-i) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-ħarsien kontra l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikoli 9 u 11(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra il-proposta mressqa mill-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. PROĊEDURA
Miżuri fis-seħħ
(1) |
Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1470/2001 (2), il-Kunsill impona dazji definittivi ta’ antidumping ta’ minn 0 sa 66.1 % fuq l-importazzjonijiet ta’ lampi fluworexxenti elettroniċi u integrati (“CFL-i”) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (RPĊ) wara investigazzjoni. Qabel dan, il-Kummissjoni kienet imponiet dazji proviżorji kontra d-dumping bir-Regolament (KE) Nru 255/2001 (3). |
(2) |
Permezz tar-Regolament (KE) Nru 866/2005 (4), il-Kunsill estenda l-miżuri kontra d-dumping li huma fis-seħħ biex ikopru wkoll l-importazzjonijiet tas-CFL-i kkunsinnati mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, ir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan jew ir-Repubblika tal-Filippini kemm jekk dikjarati li joriġinaw mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, mir-Republika Iżlamika tal-Pakistan jew mir-Repubblika tal-Filippini u kemm jekk le. L-estensjoni waslet wara investigazzjoni ta’ kontra l-evażjoni li saret skond l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku. |
(3) |
Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1322/2006 (5), il-Kunsill emenda l-miżuri kontra d-dumping li jinsabu fis-seħħ. L-emenda saret wara reviżjoni temporanja li saret fir-rigward ta’ l-ambitu tal-prodott. Ir-riżultat ta’ l-investigazzjoni u l-effett ta’ l-emenda tar-Regolament kien li l-lampi li jaħdmu b’vultaġġ bl-elettriku ta’ kurrent dirett (“DC-CFL-i”) għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tal-miżuri. Il-miżuri kontra d-dumping skond dan se jkopru biss il-lampi ta’ vultaġġ minn kurrent elettriku alternanti (inklużi lampi ta’ skariku fluworexxenti kompatti u elettroniċi li jaħdmu b’kurrent elettriku kemm alternanti u kemm dirett) (“AC-CFL-i”). |
(4) |
Bir-Regolament (KE) Nru 1205/2007 (6) il-Kunsill ipproroga il-miżuri ta’ kontra d-dumping li hemm fis-seħħ. Il-proroga saret wara reviżjoni ta’ skadenza li twettqet skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. |
Investigazzjoni kurrenti
(5) |
Il-bidu ta’ l-investigazzjoni seħħ wara talba għal reviżjoni skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. It-talba tresqet mill-Federazzjoni ta’ l-Industrija tad-Dawl tal-Lampi Fluworexxenti Kompatti u Integrati tal-Komunità (2CFLI) (“l-applikant”). |
(6) |
Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kien hemm xhieda biżżejjed biex jingħata bidu għal reviżjoni, il-Kummissjoni, fit-8 ta’ Settembru 2006, bdiet investigazzjoni (7) skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. L-ambitu tar-rapport interim huwa limitat għal-livell ta’ dumping safejn huwa kkonċernat wieħed mill-produtturi, Lisheng Electronic & Lighting (Xiamen). |
Investigazzjoni u l-partijiet ikkonċernati
(7) |
Il-Kummissjoni innotifikat b'mod uffiċjali l-applikant u l-produttur esportatur fl-RPĊ, kif ukoll ir-rappreżentanti tal-gvern tal-pajjiż esportatur, dwar il-bidu tar-reviżjoni. |
(8) |
Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jikkomunikaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stipulat fl-avviż ta’ ftuħ. |
(9) |
Sabiex tkun tista' tikseb it-tagħrif meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-produttur esportatur ikkonċernat. Il-produttur esportatur ikkoopera billi wieġeb għall-kwestjonarji u wara dan saru żjarat ta’ verifika fil-bini tal-produttur esportatur kif ukoll tal-partijiet l-oħra marbuta ma’ dan il-produttur esportatur, jiġifieri:
Il-kumpanija relatata fl-RPĊ
Il-kumpaniji relatati f'Ħongkong
Importatur relatat fil-Komunità
|
Perjodu ta’ Investigazzjoni
(10) |
Il-perjodu ta’ investigazzjoni f'dak li huwa l-livell ta’ dumping għar-reviżjoni interim tal-produttur esportatur, Lisheng Electronic & Lighting (Xiamen), kopra l-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2005 sat-30 ta’ Ġunju 2006. |
B. PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
Prodott ikkonċernat
(11) |
Il-prodott ikkonċernat huwa l-istess kif iddeterminat fir-Regolament li jemenda, jiġifieri lampi ta’ skariku fluworexxenti kompatti u elettroniċi li jaħdmu b’kurrent elettriku alternanti (inklużi lampi ta’ skariku fluworexxenti kompatti u elettroniċi li jaħdmu b’kurrent elettriku kemm alternanti u kemm dirett), b’tubu tal-ħġieġ wieħed jew iktar, bl-elementi illuminanti u l-komponenti elettroniċi kollha mwaħħla mas-sieq tal-lampa, jew li huma integrati fis-sieq tal-lampa li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-prodott ikkonċernat”), attwalment klassifikabbli fil-kodiċi NM ex 8539 31 90. |
Prodott simili
(12) |
Bħal fl-investigazzjoni oriġinali, instab li s-CFL-i mmanifatturat fil-pajjiż u għall-bejgħ domestiku fl-RPĊ, u s-CFL-i esportat mill-RPĊ għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi u l-istess użu bażiku. Gћaldaqstant u skond kif ġie konkluż fir-Regolament ta’ proroga, dawn il-prodotti huma l-istess fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
C. DUMPING
Trattament ta’ l-ekonomija tas-suq (TES)
(13) |
Skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, f'investigazzjonijiet ta’ antidumping dwar prodotti li joriġinaw fl-RPĊ, il-valur normali għandu jiġi ddeterminat skond il-paragrafi 1 sa 6 ta’ l-Artikolu msemmi għal dawk il-produtturi esportaturi li jistgħu jippruvaw li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li hemm kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq f'dak li huwa manifattura u bejgħ tal-prodott simili. |
(14) |
Filwaqt li l-produttur esportatur Ċiniż ingħata trattament ta’ ekonomija tas-Suq fl-investigazzjoni oriġinali, kellha ssir stima fir-reviżjoni interim biex jinstab jekk il-kriterji rilevanti għat-TES kinux għadhom preżenti. Konsegwentement intbagħtet formola għall-klejms tat-TES skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku biex timtela mill-produttur esportatur Ċiniż, u mill-kumpanija relatata Megaman Electrical & Lighting Ltd (Xiamen). |
(15) |
Fil-qosor, u gћall-finijiet ta’ referenza biss, il-kriterji għat-TES huma stipulati hawn taћt f’forma mqassra:
|
(16) |
Kif intqal qabel, il-Kummissjoni fittxet u vverifikat fil-bini tal-produttur esportatur u l-kumpanija relatata Megaman Electrical & Lighting Ltd, kull tagħrif mibgħut fl-applikazzjonijiet tat-TES u li kien meqjus meħtieġ. L-investigazzjoni wriet li l-produttur esportatur Ċiniż issodisfa l-kondizzjonijiet kollha għall-għoti tat-TES. |
Valur normali
(17) |
Sabiex jiġi stabbilit il-valur normali, l-ewwel ġie vverifikat jekk il-bejgħ domestiku totali tal-produttur esportatur kienx rappreżentattiv skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri li dan kien ikopri 5 % jew aktar tal-volum ta’ bejgħ totali tal-prodott ikkonċernat esportat lejn il-Komunità. |
(18) |
Fid-dawl tar-rekwiżiti ta’ hawn fuq, l-investigazzjoni wriet li l-bejgħ domestiku tal-produttur esportatur ma setax jitqies bħala rappreżentattiv u l-valur normali għalhekk kellu jinbena skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, ikkalkolat b'mod li jkun ibbażat fuq il-kost ta’ produzzjoni fil-pajjiż esportatur miżjud b'ammont raġonevoli għall-ispejjeż u l-profitti ġenerali, amministrattivi u ta’ bejgħ. |
(19) |
Il-valur normali ġie skond dan stabbilit fuq il-bażi tad-data tal-produttur esportatur stess għall-kost ta’ manifattura (KOM) għall-produzzjoni ddestinata għall-konsum domestiku. |
(20) |
Min-naħa l-oħra, l-ammont għall-ispejjeż ġenerali u amministrattivi tal-bejgħ (ĠAB) (Ġenerali, Amministrattivi u Bejgħ) u l-profitti ma setgħax jiġi stabbilit skond il-paragrafu ta’ introduzzjoni ta’ l-Artikolu 2(6) tar-Regolament Bażiku dwar id-data attwali marbuta mal-produzzjoni u l-bejgħ fil-kummerċ ta’ kuljum tal-prodott ikkonċernat. |
(21) |
Ġie eżaminat jekk il-ĠAB u l-profitt setgħux jiġu stabbiliti skond l-artikolu 2(6)(a) u (b). Iżda, peress li ebda esportatur ieħor ma ġie investigat f'din ir-reviżjoni, il-metodoloġija ta’ l-Artikolu 2(6)(a), jiġifieri l-medja differenzjata ta’ l-ammonti attwali ta’ esportaturi oħra, ma setgħatx tintuża. Bl-istess mod, il-metodoloġija ta’ l-Artikolu 2(6)(b) ma kinitx xierqa peress li ma kienx hemm bejgħ fis-suq domestiku ta’ prodotti li huma ta’ l-istess kategorija. |
(22) |
Minħabba f'hekk, il-Kummissjoni kkalkulat medja differenzjata filwaqt li użat ir-rati ta’ profitt u l-ispejjeż tal-ĠAB ta’ żewġ produtturi esportaturi li jikkooperaw fil-pajjiż ta’ analoġija użati fir-reviżjoni ta’ skadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku u li kellhom bejgħ domestiku fil-kummerċ ta’ kuljum. L-ispejjeż tal-ĠAB u r-rati medji ta’ profitt li nstabu f'dawn iż-żewġ produtturi esportaturi li jikkooperaw tal-Korea ta’ Isfel ġew miżjuda ma’ l-ispejjeż ta’ manifattura mġarrba mill-produttur esportatur ikkonċernat fir-rigward tat-tipi esportati, kif stipulat bl-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku. |
Prezz ta’ esportazzjoni
(23) |
Il-produttur esportatur esporta bejgħ lejn il-Komunità kemm direttament lil klijenti indipendenti kif ukoll permezz ta’ importaturi relatati f'pajjiż terz u l-Komunità. Fil-każijiet kollha fejn il-prodott ikkonċernat ġie esportat lil klijenti indipendenti fil-Komunità, il-prezz ta’ esportazzjoni ġie stabbilit skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq il-bażi tal-prezzijiet ta’ esportazzjoni effettivament imħallsa jew dovuti. |
(24) |
F’każijiet fejn il-bejgħ sar permezz ta’ importatur jew negozjant relatat, il-prezz ta’ esportazzjoni ġie kkalkulat fuq il-bażi tal-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid ta’ dak l-importatur relatat mal-konsumaturi indipendenti. L-aġġustamenti saru għall-ispejjez kollha li ġġarbu bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid kif ukoll l-ispejjeż ta’ bejgħ, ġenerali u amministrattivi, u marġni ta’ qligħ raġjonevoli, skond l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Il-marġni ta’ qligħ xieraq ġie stabbilit fuq il-bażi tat-tagħrif ipprovdut min-negozjanti/importaturi li jikkooperaw li mhumiex relatati u li joperaw fis-suq Komunitarju. |
Tqabbil
(25) |
Sabiex jiġi żgurat paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Għall-produttur esportatur investigat, ingħataw konċessjonijiet għad-differenzi fl-ispejjeż tat-trasport, spejjeż ta’ trasport ta’ merkanzija bil-baħar u ta’ assigurazzjoni, tqandil, tgħabbija u spejjeż anċillari, spejjeż ta’ ppakkjar, spejjeż ta’ kreditu, spejjeż ta’ garanzija u kummissjonijiet fejn huwa applikabbli u ġġustifikat. |
Rati ta’ interess użati għal finijiet ta’ kreditu
(26) |
F'dak li għandu x'jaqsam mal-konċessjoni tal-kost tal-kreditu, il-produttur esportatur jistqarr li għandha tintuża r-rata ta’ depożitu minflok ir-rata ta’ kreditu minħabba li, peress li l-kumpanija għandha biżżejjed likwidità, l-ispejjeż ta’ kreditu huma limitati għad-dħul mill-interessi mhux perċepiti fil-kont bankarju tagħha ta’ depożitu. |
(27) |
Skond il-prassi li b'mod konsistenti ġiet applikata mill-istituzzjonijiet tal-Komunità, ma nstabx xieraq li l-kalkolu tal-konċessjoni tal-kost tal-kreditu jkun ibbażat fuq ir-rata ta’ depożitu għar-raġuni li dawn huma spejjeż ta’ opportunità meta mqabbla ma’ l-ispejjeż attwali. |
(28) |
F'dan il-kuntest huwa nnutat li l-interess li l-klijenti jkollhom iħallsu fil-każ ta’ dewmien ta’ pagament jagħti x'jifhem li l-kumpanija tkun iddeterminat dawn l-interessi fuq il-bażi tar-rati ta’ kreditu milli r-rati ta’ depożitu. |
Marġini ta’ Dumping
(29) |
Kif previst fl-Artikolu 2 (11) u (12) tar-Regolament bażiku, l-valuri normali medji differenzjati ta’ kull tip ta’ prodott ikkonċernat esportat lejn il-Komunità ġew imqabbla mal-prezz medju differenzjat ta’ esportazzjoni ta’ kull tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat. Dan it-tqabbil wera li hemm marġini ta’ dumping taħt il-minimu għall-produttur esportatur li esporta lill-Komunità fil-PIR. |
D. GĦELUQ
(30) |
Abbażi ta’ dan, ġie konkluż li ċ-ċirkustanzi fir-rigward tad-dumping li fuqhom ġew stabbiliti l-miżuri għall-kumpanija fl-investigazzjoni oriġinali ma nbidlux. Ir-reviżjoni parzjali interim skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku għandha għalhekk tiġi fi tmiem. |
E. TMIEM TAR-REVIŻJONI
(31) |
Abbażi taċ-ċirkustanzi ta’ hawn fuq, ir-reviżjoni parzjali interim li tirrigwarda Lisheng Electronic & Lighting (Xiamen) Co. Ltd għandha tiġi fi tmiem mingħajr emenda għar-Regolament (KE) Nru 1205/2007. |
(32) |
Il-partijiet interessati ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom il-Kummissjoni pproponiet li ttemm dan il-proċediment. Il-fehmiet li tressqu ġew imbagħad eżaminati iżda ma kinux b'mod li jistgħu jbiddlu l-konklużjonijiet ta’ hawn fuq, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-reviżjoni parzjali interim tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ lampi fluworexxenti elettroniċi integrati u kompatti manifatturati minn Lisheng Electronic & Lighting (Xiamen) Co. Ltd u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li ngħatat bidu skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, hija b'dan terminata mingħajr ebda emendament tar-Regolament (KE) Nru 1205/2007.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Novembru 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
M. LINO
(1) ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).
(2) ĠU L 195, 19.7.2001, p. 8.
(6) ĠU L 272, 17.10.2007, p. 1.