This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52020M9899
Prior notification of a concentration (Case M.9899 — KKR/Koos Holding Cooperatief) Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance) 2020/C 251/15
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Kawża M.9899 — KKR/Koos Holding Cooperatief) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2020/C 251/15
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Kawża M.9899 — KKR/Koos Holding Cooperatief) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2020/C 251/15
PUB/2020/611
ĠU C 251, 31.7.2020, p. 20–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
31.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 251/20 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Kawża M.9899 — KKR/Koos Holding Cooperatief)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 251/15)
1.
Fl-24 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
KKR & Co. Inc. (“KKR”, l-Istati Uniti) |
— |
Koos Holding Coöperatief U.A. (“Koos Holding”, in-Netherlands) |
KKR takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku tal-intier tal-impriża Koos Holding.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
għal KKR: ditta ta’ investiment globali, li toffri firxa wiesgħa ta' servizzi ta' fondi ta' assi alternattivi u prodotti ta’ investiment oħrajn lill-investituri u tipprovdi soluzzjonijiet għas-swieq tal-kapital għad-ditta, il-kumpaniji tal-portafoll tagħha u l-klijenti l-oħra, |
— |
għal Koos Holding: l-iżvilupp u r-rinnovazzjoni ta’ parks ta’ vaganza, li jew tamministrahom u toperahom hi stess jew li għalihom tissieħeb ma’ operatur li jaġixxi bħala aġent ta’ prenotazzjoni. Il-parks tal-vaganzi huma operati taħt il-marka “Roompot” u jvarjaw minn postijiet ta’ kampeġġ li joffru akkomodazzjoni tat-tined jew ta’ bungalows sa għażla ta’ vilel iktar ta’ klassi. Koos Holding topera l-parks fin-Netherlands u fil-Ġermanja, u hija attiva bħala aġent ta’ prenotazzjoni għall-parks fin-Netherlands, fil-Belġju, fi Franza, fl-Italja, fi Spanja u fid-Danimarka. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
(M.9899 — KKR / Koos Holding Cooperatief)
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-posta elettronika, bil-faks jew bil-posta. Int mitlub tuża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
E-mail: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks: +32 122964301
Indirizz postali:
Il-Kummissjoni Ewropea |
Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).