EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0306

Kawża T-306/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 14 ta’ Marzu 2014 – Schwenk Zement vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni  — Proċedura amministrattiva  — Deċiżjoni ta’ talba għal informazzjoni  — Natura neċessarja tal-informazzjoni mitluba  — Obbligu ta’ motivazzjoni  — Proporzjonalità” )

ĠU C 135, 5.5.2014, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2014 – Schwenk Zement vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-306/11) (1)

((“Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Deċiżjoni ta’ talba għal informazzjoni - Natura neċessarja tal-informazzjoni mitluba - Obbligu ta’ motivazzjoni - Proporzjonalità”))

2014/C 135/40

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Schwenk Zement KG (Ulm, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Raible, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Kellerbauer, R. Sauer u C. Hödlmayr, aġenti, assistiti minn A. Böhlke, avukat)

Suġġett

Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 2367 finali, tat-30 ta’ Marzu 2011, dwar proċedura skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (Każ 39520 – Siment u prodotti relatati).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2367 finali, tat-30 ta’ Marzu 2011, dwar proċedura skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (Każ 39520 – Siment u prodotti relatati), hija annullata sa fejn tikkonċerna l-ħdax-il sensiela ta’ mistoqsijiet tal-kwestjonarju li jikkostitwixxi l-Anness I.

2)

Schwenk Zement KG għandha tbati żewġ terzi tal-ispejjeż tagħha kif ukoll żewġ terzi tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha kif ukoll terz tal-ispejjeż ta’ Schwenk Zement.

3)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.


(1)  ĠU C 238, 13.08.2011.


Top