This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R2154
Commission Delegated Regulation (EU) 2020/2154 of 14 October 2020 supplementing Regulation (EU) 2016/429 of the European Parliament and of the Council as regards animal health, certification and notification requirements for movements within the Union of products of animal origin from terrestrial animals (Text with EEA relevance)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2154 tal-14 ta’ Ottubru 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni u ta’ notifika dwar is-saħħa tal-annimali għall-movimenti fl-Unjoni ta’ prodotti ġejjin mill-annimali terrestri (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2154 tal-14 ta’ Ottubru 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni u ta’ notifika dwar is-saħħa tal-annimali għall-movimenti fl-Unjoni ta’ prodotti ġejjin mill-annimali terrestri (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2020/6941
ĠU L 431, 21.12.2020, p. 5–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
21.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 431/5 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2154
tal-14 ta’ Ottubru 2020
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni u ta’ notifika dwar is-saħħa tal-annimali għall-movimenti fl-Unjoni ta’ prodotti ġejjin mill-annimali terrestri
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir- Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 166(3), 168(3) u 169(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi regoli li jikkonċernaw, inter alia, il-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni fl-Unjoni ta’ prodotti ġejjin mill-annimali terrestri. Jipprevedi wkoll li l-Kummissjoni tadotta atti delegati dwar rekwiżiti dettaljati li jissupplimentaw ir-regoli diġà stabbiliti f’dak ir-Regolament u, b’mod partikolari, dwar miżuri preventivi, inkluż miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju, u restrizzjonijiet fuq movimenti ta’ konsenji ta’ prodotti ġejjin mill-annimali terrestri, kif ukoll notifika antiċipata dwar tali movimenti, sabiex jiġi żgurat li tali prodotti ma jikkawżawx it-tixrid tal-mard elenkat jew ta’ mard emerġenti fl-Unjoni. |
(2) |
Barra minn hekk, ir-regoli stabbiliti f’dan l-att jenħtieġ li jqisu r-regoli tal-Unjoni dwar il-movimenti tal-konsenji ta’ prodotti ġejjin mill-annimali terrestri fl-Unjoni stabbiliti f’atti tal-Unjoni adottati qabel ir-Regolament (UE) 2016/429, u b’mod partikolari fid-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE (2), peress li dawn urew li huma effettivi fil-ġlieda kontra t-tixrid ta’ mard tal-annimali. Ir-regoli stabbiliti f’dan l-att jenħtieġ ukoll li jqisu l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti f’dawk l-atti preċedenti, u jenħtieġ li r-regoli jiġu adattati għall-qafas leġiżlattiv il-ġdid għas-saħħa tal-annimali stabbilit fir-Regolament (UE) 2016/429. |
(3) |
L-Artikolu 166 tar-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi l-obbligi ġenerali relatati mas-saħħa tal-annimali imposti fuq l-operaturi fl-istadji kollha tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tad-distribuzzjoni ta’ prodotti ġejjin mill-annimali terrestri, inkluż il-movimenti tal-konsenji ta’ dawk il-prodotti fl-Unjoni. B’mod partikolari, jistabbilixxi r-responsabbiltajiet tal-operaturi fir-rigward tat-tixrid tal-mard elenkat u ta’ mard emerġenti, u b’mod aktar partikolari meta l-awtorità kompetenti tkun qiegħdet fis-seħħ miżuri ta’ emerġenza jew restrizzjonijiet tal-moviment fil-post tal-produzzjoni jew tal-ipproċessar ta’ dawk il-prodotti. Għalhekk, il-kontroll tat-tixrid tal-mard elenkat u ta’ mard emerġenti mhuwiex biss ir-responsabbiltà tal-operaturi, iżda wkoll ir-responsabbiltà tal-awtorità kompetenti. Għalhekk jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi obbligu ċar fuq l-operaturi biex iċaqilqu konsenji ta’ tali prodotti, prodotti jew ipproċessati f’postijiet soġġetti għal miżuri ta’ emerġenza jew restrizzjonijiet tal-moviment, wara li jkunu kisbu l-awtorizzazzjoni tal-awtorità kompetenti u soġġetti għal kwalunkwe kundizzjoni imposta għal dik l-awtorizzazzjoni. |
(4) |
L-Artikolu 168 tar-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi ċerti rekwiżiti ta’ informazzjoni fir-rigward taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li jrid jakkumpanja l-movimenti tal-konsenji ta’ prodotti ġejjin mill-annimali terrestri, u jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati li jissupplimentaw dik l-informazzjoni. Għalhekk jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti ta’ informazzjoni fir-rigward taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li jrid jakkumpanja l-konsenji ta’ tali prodotti, prodotti u pproċessati f’postijiet soġġetti għal miżuri ta’ emerġenza jew restrizzjonijiet tal-moviment kif imsemmi fl-Artikolu 166(2) tar-Regolament (UE) 2016/429. Jenħtieġ li dan jinkludi informazzjoni dwar il-konformità ma’ kwalunkwe kundizzjoni stabbilita mill-awtorità kompetenti fir-rigward tal-movimenti ta’ dawk il-konsenji. Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni li jridu jiġu stabbiliti f’dan ir-Regolament iridu jitqiesu fil-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-prodotti ġejjin mill-annimali stabbilit f’att ta’ implimentazzjoni separat li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni uniformi tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u tar-Regolament dwar il-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali (UE) 2016/429 dwar il-mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali, l-attestazzjonijiet uffiċjali u l-mudelli tad-dikjarazzjonijiet għal ċerti kategoriji ta’ annimali terrestri u prodotti ġerminali ġejjin minnhom. |
(5) |
L-Artikolu 169 tar-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi r-regoli għan-notifikat antiċipata tal-movimenti tal prodotti ġejjin mill-annimali terrestri lejn Stati Membri oħrajn u jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati dwar ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni għal tali notifika antiċipata u għal proċeduri ta’ emerġenza għan-notifika antiċipata fil-każ ta’ qtugħ tal-elettriku u tfixkil ieħor fis-sistema “TRACES”. Għalhekk jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi l-obbligi ta’ informazzjoni imposti fuq l-operaturi għan-notifika antiċipata. Sabiex tiġi armonizzata l-informazzjoni pprovduta fin-notifika antiċipata biex jiġi żgurat li l-awtorità kompetenti fid-destinazzjoni tirċievi d-dettalji kollha meħtieġa dwar il-konsenja, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll ir-rekwiżiti dwar il-kontenut tan-notifika antiċipata abbażi tas-sitwazzjonijiet fejn dan ikun meħtieġ f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429, u l-kundizzjonijiet li jenħtieġ li jikkonformaw magħhom il-prodotti ġejjin mill-annimali biex jitħallew jiċċaqilqu lejn Stati Membri oħrajn u d-dettalji dwar il-proċeduri ta’ emerġenza għal tali notifiki. |
(6) |
Peress li s-sistema “TRACES” hija komponent integrat tas-sistema kompjuterizzata bl-isem Sistema ta’ Ġestjoni tal-Informazzjoni għall-Kontrolli Uffiċjali (IMSOC) kif imsemmi fl-Artikoli 131 sa 136 tar-Regolament (UE) 2017/625, jenħtieġ li japplikaw l-arranġamenti ta’ kontinġenza stabbiliti għall-IMSOC skont ir-regoli stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 (4). |
(7) |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi sett komplut ta’ regoli li jirregolaw l-aspetti tas-saħħa tal-annimali tal-movimenti ta’ konsenji ta’ prodotti ġejjin mill-annimali terrestri fl-Unjoni, il-kontenut taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li jrid jakkumpanja tali konsenji u l-obbligi ta’ notifika antiċipata. Peress li dawn ir-regoli jridu jiġu applikati flimkien u huma interkonnessi, jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’att uniku aktar milli f’atti separati b’bosta kontroreferenzi, sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tagħhom, fl-interess tat-trasparenza, u biex tiġi evitata duplikazzjoni tar-regoli. Dan huwa wkoll konformi mal-approċċ adottat mir-Regolament (UE) 2016/429. |
(8) |
Jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika mill-21 ta’ April 2021 f’konformità mad-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament jissupplimenta r-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/429 fir-rigward tal-movimenti fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ prodotti ġejjin mill-annimali terrestri b’rabta ma’:
(a) |
l-obbligi imposti fuq l-operaturi għall-movimenti fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ prodotti ġejjin mill-annimali terrestri prodotti u pproċessati fi stabbilimenti, negozji tal-ikel jew żoni soġġetti għal miżuri ta’ emerġenza jew restrizzjonijiet tal-movimenti kif imsemmi fl-Artikolu 166(2) tar-Regolament (UE) 2016/429; |
(b) |
ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni għaċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali previsti fl-Artikolu 167(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 (ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali); |
(c) |
ir-rekwiżit ta’ informazzjoni għan-notifika antiċipata tal-movimenti ta’ dawn il-konsenji lejn Stati Membri oħrajn, previsti fl-Artikolu 169(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 (notifika antiċipata); |
(d) |
il-proċeduri ta’ emerġenza għan-notifika antiċipata tal-movimenti ta’ dawk il-konsenji, previsti fl-Artikolu 169(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, fil-każ ta’ qtugħ tal-elettriku u tfixkil ieħor fis-sistema TRACES. |
Artikolu 2
Obbligi imposti fuq l-operaturi li jċaqilqu konsenji ta’ prodotti ġejjin mill-annimali
L-operaturi għandhom iċaqilqu l-konsenji ta’ prodotti ġejjin mill-annimali terrestri soġġetti għall-miżuri ta’ emerġenza jew għar-restrizzjonijiet tal-moviment imsemmijin fl-Artikolu 166(2) tar-Regolament (UE) 2016/429 fl-Unjoni biss jekk:
(a) |
tali movimenti huma awtorizzati mill-awtorità kompetenti tal-post tal-oriġini; u |
(b) |
il-konsenji jikkonformaw mal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni meħtieġa f’konformità mal-punt (a). |
Artikolu 3
Ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti ta’ konsenji ta’ prodotti ġejjin mill-annimali
Minbarra l-informazzjoni meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 168(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għandu jkun fih l-informazzjoni stabbilita fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Obbligu ta’ informazzjoni impost fuq l-operaturi għan-notifika antiċipata tal-movimenti ta’ konsenji ta’ prodotti ġejjin mill-annimali bejn l-Istati Membri
Fin-notifika antiċipata, l-operaturi għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini l-informazzjoni stabbilita fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minbarra l-informazzjoni meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 168(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, u għandhom jagħmlu dan għal kull konsenja ta’ prodotti ġejjin mill-annimali msemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Proċeduri ta’ emerġenza
Fil-każ ta’ qtugħ tal-elettriku jew tfixkil ieħor fis-sistema TRACES, l-awtorità kompetenti tal-post tal-oriġini tal-konsenji ta’ prodotti ġejjin mill-annimali msemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament li jridu jiġu mċaqilqa lejn Stat Membru ieħor, għandha tikkonforma mal-arranġamenti ta’ kontinġenza għas-sistema TRACES u għas-sistemi nazzjonali tal-Istati Membri fil-każ ta’ indisponibbiltà mhux ippjanata jew ippjanata, stabbiliti għas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Informazzjoni għall-Kontrolli Uffiċjali (IMSOC) fl-Artikolu 46 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1715.
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ u applikabbiltà
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-21 ta’ April 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas- 16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11).
(3) Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 tat-30 ta’ Settembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għat-tħaddim tas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali u l-komponenti tas-sistema tagħha (ir-Regolament IMSOC) (ĠU L 261, 14.10.2019, p. 37).
ANNESS
Informazzjoni li trid tiġi inkluża fiċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li jakkumpanjaw il-movimenti fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ prodotti ġejjin mill-annimali terrestri
(a) |
l-isem u l-indirizz tal-konsenjatur u tal-konsenjatarju; |
(b) |
l-isem u l-indirizz tal-istabbiliment jew il-post tad-dispaċċ; |
(c) |
l-isem u l-indirizz tal-istabbiliment jew il-post tad-destinazzjoni; |
(d) |
deskrizzjoni tal-prodott li ġej mill-annimali, inkluż:
|
(e) |
il-kwantità tal-prodotti li ġejjin mill-annimali; |
(f) |
id-data u l-post tal-ħruġ taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali; l-isem, il-kapaċità u l-firma tal-veterinarju uffiċjali; u t-timbru tal-awtorità kompetenti tal-post tal-oriġini tal-konsenja; |
(g) |
l-isem tal-marda elenkata jew tal-marda emerġenti li qed tikkawża r-restrizzjonijiet tal-moviment fi [stabbiliment, negozju tal-ikel jew żona fil-post tad-dispaċċ]; |
(h) |
id-dettalji dwar il-konformità mal-kundizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament, u jew:
|