Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D2048

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2048 tal-20 ta' Diċembru 2018 dwar l-istandard armonizzat għas-siti elettroniċi u l-applikazzjonijiet mobbli abbozzata b'appoġġ għad-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    C/2018/9056

    ĠU L 327, 21.12.2018, p. 84–86 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 12/02/2022

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2018/2048/oj

    21.12.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 327/84


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/2048

    tal-20 ta' Diċembru 2018

    dwar l-istandard armonizzat għas-siti elettroniċi u l-applikazzjonijiet mobbli abbozzata b'appoġġ għad-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-kontenut tas-siti elettroniċi u l-applikazzjonijiet mobbli li jkun konformi mal-istandards armonizzati jew partijiet minnhom, li r-referenzi tiegħu jkunu ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jitqies bħala konformi mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom li huma stabbiliti fl-Artikolu 4 ta' dik id-Direttiva.

    (2)

    Bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni C(2017) 2585 (3), il-Kummissjoni għamlet talba lill-Kumitat għall-Istandardizzazzjoni (CEN), il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) u l-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) għall-abbozzar ta' standard(s) armonizzati abbażi ta' EN 301 549 V1.1.2 (2015-04) u inkluż kwalunkwe dispożizzjonijiet meħtieġa biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2016/2102. L-EN 301 549 V1.1.2 (2015-04) kien ir-riżultat tal-Mandat ta' Standardizzazzjoni 376 tal-Kummissjoni (4) u diġà kien fih xi dispożizzjonijiet rilevanti għall-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u l-applikazzjonijiet mobbli kif ukoll prodotti u servizzi oħra tal-ICT.

    (3)

    Fuq il-bażi tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni C(2017) 2585, is-CEN, is-CENELEC u l-ETSI lestew il-ħidma fuq l-istandard armonizzat mitlub u wasslu lill-Kummissjoni l-istandard armonizzat Ewropew EN 301 549 V2.1.2 (2018-08) li jistabbilixxi, inter alia, ir-rekwiżiti tekniċi dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u l-applikazzjonijiet mobbli. Is-standard armonizzat EN 301 549 V2.1.2 (2018-08) fih, inter alia, tabella li turi d-dispożizzjonijiet rilevanti mill-istandard sar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2016/2102.

    (4)

    Il-Kummissjoni, flimkien ma' CEN, CENELEC u ETSI, ivvalutat jekk id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-istandard armonizzat Ewropew EN 301 549 V2.1.2 (2018-08) imwassal mis-CEN, is-CENELEC u l-ETSI jikkonforma mat-talba li tinsab fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni C(2017) 2585.

    (5)

    Id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-istandard armonizzat Ewropew EN 301 549 V2.1.2 (2018-08) jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni C(2017) 2585. Għalhekk, huwa xieraq li tiġi ppubblikata r-referenza ta' dak l-istandard f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    (6)

    Il-konformità ma' standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta' konformità mar-rekwiżiti korrispondenti essenzjali li huma stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta' tali standard f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Din id-Deċiżjoni għandha għalhekk tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Ir-referenza għal standard armonizzat għas-siti elettroniċi u applikazzjonijiet mobbli abbozzat b'appoġġ għad-Direttiva (UE) 2016/2102 elenkata fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni, qiegħda tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Diċembru 2018.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

    (2)  Id-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku (ĠU L 327, 2.12.2016, p. 1).

    (3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2017) 2585 tas-27 ta' April 2017 dwar it-talba ta' standardizzazzjoni lill-organizzazzjonijiet tal-istandardizzazzjoni Ewropej b'appoġġ għad-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku.

    (4)  Mandat 376, 7 ta' Diċembru 2005, Mandat ta' standardizzazzjoni indirizzat lis-CEN, lis-CENELEC u lill-ETSI b'appoġġ għar-rekwiżiti Ewropej dwar l-aċċessibbiltà għall-akkwist pubbliku ta' prodotti u servizzi fil-qasam tal-ICT.


    ANNESS

    Nru

    Referenza tal-istandard

    1.

    EN 301 549 V2.1.2 (2018-08)

    Rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u s-servizzi tal-ICT


    Top