This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R0961
Council Implementing Regulation (EU) 2015/961 of 22 June 2015 implementing Regulation (EU) No 36/2012 concerning restrictive measures in view of the situation in Syria
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/961 tat-22 ta' Ġunju 2015 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/961 tat-22 ta' Ġunju 2015 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
ĠU L 157, 23.6.2015, p. 20–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
23.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 157/20 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/961
tat-22 ta' Ġunju 2015
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta' Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-18 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012. |
(2) |
Għandha titneħħa persuna minn fuq il-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, korpi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi stipulati fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012. |
(3) |
L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat skontl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta' Ġunju 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
ANNESS
L-isem tal-persuna li ġejja u l-entrata relatata, huma mħassra mil-lista li tinsab fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012:
A. Persuni
12. |
Fawwaz ( ) Al-Assad ( ) |