Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R0886

    Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/886 tat-12 ta' Frar 2019 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar l-istrumenti finanzjarji, l-għażliet tal-ispejjeż issimplifikati, ir-rekord tal-awditjar, il-kamp ta' applikazzjoni u l-kontenut tal-awditjar tal-operazzjonijiet u l-metodoloġija għall-għażla tal-kampjun tal-operazzjonijiet u l-Anness III

    C/2019/788

    ĠU L 142, 29.5.2019, p. 9–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/886/oj

    29.5.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 142/9


    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/886

    tat-12 ta' Frar 2019

    li jemenda u jikkoreġi r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar l-istrumenti finanzjarji, l-għażliet tal-ispejjeż issimplifikati, ir-rekord tal-awditjar, il-kamp ta' applikazzjoni u l-kontenut tal-awditjar tal-operazzjonijiet u l-metodoloġija għall-għażla tal-kampjun tal-operazzjonijiet u l-Anness III

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li tikkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 38(4), l-Artikolu 39a(7), l-Artikolu 40(4), l-Artikolu 41(3), l-Artikolu 42(6), il-punt (b) tal-Artikolu 61(3), it-tieni paragrafu tal-Artikolu 68, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 125(8), l-Artikolu 125(9), u l-Artikolu 127(7) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 (2) jistabbilixxi, fost oħrajn, regoli speċifiċi dwar ir-rwol, l-obbligazzjonijiet u r-responsabbiltà tal-korpi li jimplimentaw strumenti finanzjarji, kif ukoll dwar il-kriterji relatati tal-għażla u l-prodotti finanzjarji. Wara l-emenda tat-Titolu IV tal-Parti Tnejn tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 mir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), jenħtieġ li r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 jiġi emendat biex ikun konformi ma' dawk il-bidliet.

    (2)

    Fl-Artikolu 38(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, ġiet introdotta opzjoni ġdida ta' implimentazzjoni għall-kombinament ta' fondi mill-Fondi ESI bi prodotti finanzjarji tal-BEI taħt il-Fond Ewropew għall-Investiment Strateġiku, li l-kundizzjonijiet tagħha ġew stabbiliti fid-dettall fl-Artikolu 39a ġdid tar-Regolament imsemmi. B'dan il-mod, il-bażi ġuridika u l-kamp ta' applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 dwar ir-rwol, l-obbligazzjonijiet u r-responsabbiltà tal-korpi li jimplimentaw strumenti finanzjarji, kif ukoll dwar il-kriterji relatati tal-għażla u l-prodotti finanzjarji, jenħtieġ li jiġu emendati sabiex tiġi inkluża wkoll referenza għall-Artikolu 39a tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

    (3)

    Fl-Artikolu 38(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, ir-regoli għal għoti dirett lil banek jew istituzzjonijiet bi sjieda pubblika ġew iċċarati. Jenħtieġ li l-Artikolu 7 u 10 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 jiġu emendati skont dan. Hekk kif il-bidliet fl-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill japplikaw mill-1 ta' Jannar 2014, l-emendi fl-Artikolu 7 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta' Jannar 2014. Peress li l-bidliet fl-Artikolu 39a tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill japplikaw mill-1 ta' Jannar 2018, jenħtieġ li l-emenda fl-Artikolu 10 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 tapplika mill-1 ta' Jannar 2018.

    (4)

    L-Artikolu 43a ġdid tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jiċċara r-regoli li jirregolaw it-trattament differenzjat tal-investuri fil-każ ta' kondiviżjoni tal-profitt u tar-riskju. L-Artikoli 6(1) u 9(1) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan.

    (5)

    L-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 ġie emendat sabiex jippermetti lill-awtoritajiet innominati jiksbu l-assigurazzjoni meħtieġa meta jwettqu l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-verifiki, il-kontrolli u l-awditi fuq il-bażi ta' rapporti konsistenti, kwalitattivi u fil-ħin li għandhom jiġu pprovduti lill-BEI jew lil istituzzjonijiet finanzjarji oħra li fihom Stat Membru huwa azzjonist. B'dan il-mod, u abbażi tat-tagħlimiet miksuba rigward l-implimentazzjoni tal-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 9 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014, dawk il-paragrafi jenħtieġ li jitħassru.

    (6)

    L-Artikolu 9 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 jistabbilixxi regoli speċifiċi addizzjonali dwar il-ġestjoni u l-kontroll ta' strumenti finanzjarji stabbiliti fil-livell nazzjonali, reġjonali, transnazzjonali jew transfruntier. Barra minn hekk, il-punt (c) tal-paragrafu 1 ta' dak l-Artikolu jinkludi referenza żbaljata għar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għall-FAEŻR li jenħtieġ li tiġi korretta.

    (7)

    Ir-referenzi fid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 jenħtieġ li jiġu allinjati mat-terminoloġija fid-dispożizzjonijiet emendati fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tal-għoti dirett, it-trattament differenzjat tal-investituri, it-terminu tal-liġi tal-għajnuna mill-Istat “investitur li jopera taħt il-prinċipju ta' ekonomija tas-suq”, kif ukoll biex jirriflettu l-istess trattament ta' istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali bħall-BEI f'konformità mal-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

    (8)

    L-Artikolu 61(8) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 ġie emendat mir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 sabiex jipprevedi li ma japplikax għal operazzjonijiet li għalihom l-appoġġ jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. L-Artikolu 19(6) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 jipprevedi li t-twaqqif ta' rati ta' skont finanzjarju għandu jsir fil-livell tal-Istati Membri. Madankollu, sabiex jiġi żgurat rieżami omoġenu u bla intoppi tal-proġetti ewlenin f'dak li jikkonċerna l-indikaturi tal-profittabbiltà finanzjarja għal proġetti taħt għajnuna mill-Istat, jenħtieġ li l-Artikolu 19(6) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 jitħassar sabiex jiġu permessi rati ta' skont finanzjarju speċifiċi għall-proġett li jirriflettu n-natura tal-investitur jew tas-settur.

    (9)

    Barra minn hekk, l-Artikoli 67 u 68 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 dwar l-għażliet tal-ispejjeż issimplifikati ġew emendati u l-Artikoli 68a u 68b ġew introdotti mir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Għalhekk, l-Artikoli 20 u 21 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan biex jiġi żgurat li jiġu kkoreġuti referenzi għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

    (10)

    Jenħtieġ li jiġu previsti wkoll regoli speċifiċi f'dan ir-Regolament fir-rigward tar-rekord tal-awditjar u tal-awditjar ta' operazzjonijiet, stabbiliti rispettivament fl-Artikoli 25 u 27 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014, fir-rigward tal-forma ġdida ta' appoġġ għal operazzjonijiet permezz ta' finanzjament mhux marbut mal-ispejjeż imsemmija fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 67(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

    (11)

    Sabiex jiġi żgurat approċċ koerenti dwar kif tinkiseb assigurazzjoni fuq l-affidabbiltà ta' data relatata ma' indikaturi u għanijiet, ikun xieraq li jiġi speċifikat fl-Artikolu 27(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 li dan l-element jenħtieġ li jkun parti mix-xogħol tal-awditjar fuq l-awditjar tal-operazzjonijiet.

    (12)

    L-Artikolu 28(8) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 jispeċifika l-proċedura tal-għażla tal-kampjun fejn japplikaw il-kundizzjonijiet għall-arranġamenti tal-kontroll proporzjonali previsti fl-Artikolu 148(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. Sabiex jiġu ċċarati l-għażliet disponibbli għall-awtorità tal-awditjar, jenħtieġ li d-dispożizzjoni tiġi emendata biex tiddikjara li d-deċiżjoni biex jintużaw l-esklużjoni jew is-sostituzzjoni tal-unitajiet tal-kampjunar jenħtieġ li tittieħed mill-awtorità tal-awditjar abbażi tal-ġudizzju professjonali tagħha. Filwaqt li jitqies li din il-kjarifika diġà ġiet ipprovduta lill-Istati Membri, ikun xieraq li dik l-emenda tapplika b'mod retroattiv b'effett mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament kif adottat għall-ewwel darba.

    (13)

    L-Artikolu 28(9) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 dwar il-metodoloġija tas-subkampjunar jenħtieġ li jiġi emendat biex jiċċara l-livelli possibbli differenti ta' subkampjunar f'operazzjonijiet kumplessi u biex ikopri l-partikolaritajiet kollha, inklużi metodi ta' kampjunar mhux statistiku u karatteristiċi speċifiċi ta' operazzjonijiet implimentati taħt l-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea. Filwaqt li jitqies li din il-kjarifika diġà ġiet ipprovduta lill-Istati Membri, ikun xieraq għal dik l-emenda li tapplika b'mod retroattiv b'effett mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament kif adottat għall-ewwel darba.

    (14)

    Minħabba l-bidliet fid-definizzjoni ta' “benefiċjarju” fil-punt (a) tal-Artikolu 2(10) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 introdotti bir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, ċerti oqsma tad-data fl-Anness III tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan.

    (15)

    F'konformità mal-Artikolu 149(3a) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ġew soġġetti għal konsultazzjoni ta' esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (4).

    (16)

    Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u biex jiġu limitati d-diskrepanzi bejn id-dispożizzjonijiet emendati tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li japplikaw mit-2 ta' Awwissu 2018 jew qabel skont l-Artikolu 282 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għal ammont minimu, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    (17)

    Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta' Delega (UE) 480/2014 jiġi emendat u kkoreġut skont dan,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    is-subtitolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38(4) u l-Artikolu 39a(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)”;

    (b)

    fil-paragrafu 1, il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(d)

    trattament differenzjat ta' investituri li joperaw skont il-prinċipju tal-ekonomija tas-suq u tal-BEI, meta jużaw il-garanzija tal-UE skont ir-Regolament (UE) 2015/2017, kif imsemmi fl-Artikolu 37(2)(c) u l-Artikolu 43a tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, huwa proporzjonali mar-riskji meħuda minn dawn l-investituri u limitat għall-minimu neċessarju biex jiġu attirati dawn l-investituri, li għandu jkun żgurat permezz ta' patti u kundizzjonijiet u salgwagwardji proċedurali”;

    (2)

    L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    is-subtitolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38(4) u l-Artikolu 39a(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)”;

    (b)

    fil-paragrafu 1, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “1.   Qabel ma jintgħażel korp biex jimplimenta strument finanzjarju, skont il-punt (a) tal-Artikolu 38(4)(a), is-subpunt (iii) tal-punt(b) tal-Artikolu 38(4), il-punt (c) tal-Artikolu 38(4) u l-Artikolu 39a(5) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-awtorità maniġerjali għandha tiżgura li l-korp jissodisfa r-rekwiżiti minimi li ġejjin:”;

    (c)

    il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “3.   Meta korp li jimplimenta fond ta' fondi, inkluż il-BEI u istituzzjoni finanzjarja internazzjonali li fiha Stat Membru jkun azzjonist, jafda ulterjorment kompiti ta' implimentazzjoni lil intermedjarju finanzjarju, huwa jiżgura li r-rekwiżiti u l-kriterji msemmija fil-paragrafi 1 u 2 huma ssodisfati fir-rigward ta' dak l-intermedjarju finanzjarju.”

    (d)

    Għandu jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

    “4.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, meta l-korp li jimplimenta strument finanzjarju skont l-Artikolu 39a(5) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 ikun il-BEI jew istituzzjoni finanzjarja internazzjonali li fiha Stat Membru jkun azzjonist, il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw”;

    (3)

    fl-Artikolu 8, is-subtitolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38(4) u l-Artikolu 39a(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)”;

    (4)

    L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    It-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Ġestjoni u l-kontroll ta' strumenti finanzjarji msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 38(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

    (L-Artikolu 40(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)”;

    (b)

    il-paragrafu 1 jiġi emendat kif ġej:

    (i)

    il-kliem introduttorju huwa sostitwit b'li ġej:

    “1.   Għal operazzjonijiet li jinvolvu appoġġ mill-programmi għal strumenti finanzjarji msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 38(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-awtorità maniġerjali tiżgura li:”;

    (ii)

    il-punt (e) huwa emendat kif ġej:

    (aa)

    il-punt (ii) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(ii)

    dokumenti li jidentifikaw l-ammonti kontribwiti minn kull programm u taħt kull assi prijoritarju lill-istrument finanzjarju, l-infiq li huwa eliġibbli skont il-programmi u mgħax u dħul ieħor iġġenerat permezz tas-sostenn minn Fondi ESI u l-użu mill-ġdid tar-riżorsi li jistgħu jkunu attribwiti lill-Fondi ESI skont l-Artikoli 43, 43a u 44 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013”;

    (ab)

    il-punt (iv) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(iv)

    dokumenti li juru konformità mal-Artikoli 43, 43a, 44 u 45 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013”;

    (c)

    fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Għal operazzjonijiet li jinvolvu appoġġ mill-programmi għal strumenti finanzjarji fil-FAEŻR, il-korpi ta' awditjar jiżguraw li l-istrumenti finanzjarji jiġu awditjati matul il-perjodu kollu ta' programmazzjoni sal-għeluq fil-qafas ta' awditi ta' sistemi u awditi ta' operazzjonijiet skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1).

    (*1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).”;"

    (d)

    il-paragrafi 3 u 4 jitħassru;

    (5)

    L-Artikolu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 10

    Regoli dwar l-irtirar ta' pagamenti li jsiru għall-istrumenti finanzjarji u aġġustamenti konsegwenti fir-rigward ta' applikazzjonijiet għal pagament

    (L-Artikolu 41(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

    L-Istati Membri u l-awtoritajiet ta' ġestjoni jistgħu biss jirtiraw kontribuzzjonijiet minn programmi għall-istrument finanzjarju msemmi fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 38(1)(a) u l-istrumenti finanzjarji msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 38(1) implimentati skont il-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 38(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jekk il-kontribuzzjonijiet ma kinux diġà inklużi f'applikazzjoni għall-ħlas kif imsemmi fl-Artikolu 41 ta' dak ir-Regolament. Madankollu, fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji sostnunti mill-FEŻR, il-FSE, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FEMS, kontribuzzjonijiet jistgħu jkunu rtirati wkoll jekk l-applikazzjoni għall-ħlas li jmiss tkun emendata biex tkun irtirata jew sostitwita n-nefqa korrispondenti”;

    (6)

    fl-Artikolu 13, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “5.   Meta l-biċċa l-kbira tal-kapital investit f'intermedjarji finanzjarji li jipprovdu ekwità huwa pprovdut minn investituri li joperaw skont il-prinċipju ta' ekonomija tas-suq u l-kontribuzzjoni tal-programm hija pprovduta pari passu ma' dawk l-investituri, l-ispejjeż u t-tariffi ta' ġestjoni għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tas-suq u ma jeċċedux dawk pagabbli mill-investituri privati”;

    (7)

    fl-Artikolu 19, il-paragrafu 6 jitħassar;

    (8)

    fl-Artikolu 20, is-subtitolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)”;

    (9)

    fl-Artikolu 21, is-subtitolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)”

    (10)

    Il-paragrafu 1 tal-Artikolu 25 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    l-ewwel subparagrafu huwa emendat kif ġej:

    (i)

    il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(d)

    fir-rigward tal-ispejjeż determinati skont il-punt (d) tal-Artikolu 67(1) u l-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, ir-rekord tal-awditjar għandu juri u jiġġustifika l-metodu ta' kalkolu, fejn applikabbli, u l-bażi li fuqha r-rati fissi ġew deċiżi, u l-ispejjeż diretti eliġibbli jew l-ispejjeż iddikjarati taħt kategoriji magħżula oħra li għalihom tapplika r-rata fissa.”;

    (ii)

    jiddaħħal il-punt (da) li ġej:

    “(da)

    fir-rigward tal-finanzjament li mhuwiex marbut mal-ispejjeż imsemmija fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 67(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, ir-rekord tal-awditjar għandu jippermetti l-verifika tal-ksib tal-kondizzjonijiet ta' finanzjament u r-rikonċiljazzjoni tad-data sottostanti relatata mal-kundizzjonijiet għar-rimborż tan-nefqa”;

    (iii)

    il-punt (e) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(e)

    fir-rigward tal-ispejjeż stabbiliti skont il-punti (b) u (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 68 u l-Artikoli 68a(1) u 68b tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013 qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013, ir-rekord tal-awditjar għandu jippermetti li l-ispejjeż diretti eliġibbli li għalihom tapplika r-rata fissa jiġu sostanzjati u vverifikati.”;

    (b)

    it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Għall-ispejjeż imsemmija fil-punti (c) u (d), ir-rekord tal-awditjar għandu jippermetti li jiġi vverifikat il-metodu ta' kalkolu użat mill-awtorità maniġerjali għall-konformità mal-Artikolu 67(5), l-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013 qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.”;

    (11)

    L-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    fl-ewwel subparagrafu, jiddaħħal il-punt (d) li ġej:

    “(d)

    li d-data relatata ma' indikaturi u passi l-istadji ewlenin hija affidabbli”;

    (ii)

    jiddaħħal it-tieni subparagrafu li ġej:

    “Huma biss l-aspetti li ġejjin, li ġew stabbiliti fil-punt (a), li għandhom japplikaw għal operazzjonijiet soġġetti għall-finanzjament li mhuwmiex marbut mal-ispejjeż imsemmija fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 67(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013: li l-operazzjoni ġiet implimentata skont id-deċiżjoni tal-approvazjoni u ssodisfat kwalunkwe kundizzjoni applikabbli fiż-żmien tal-awditu dwar il-funzjonalità, l-użu u l-objettivi li kellhom jintlaħqu.”;

    (b)

    is-subparagrafu li ġej jiżdied fil-paragrafu 3:

    “Għal operazzjonijiet soġġetti għall-forma ta' appoġġ imsemmi fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 67(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-awditjar tal-operazzjonijiet għandu jivverifika li l-kundizzjonijiet għar-rimborż tan-nefqa lill-benefiċjarju ġew issodisfati.”;

    (12)

    L-Artikolu 28 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “8. Meta l-kundizzjonijiet tal-kontroll proporzjonali previst fl-Artikolu 148(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 japplikaw, l-awtorità tal-awditjar tista' teskludi l-elementi msemmija f'dak l-Artikolu mill-popolazzjoni li jkun se jittieħed il-kampjun minnha jew iżżomm l-elementi fil-popolazzjoni li jkun se jittieħed il-kampjun minnha u tissostitwihom jekk jintgħażlu. Id-deċiżjoni li tintuża esklużjoni jew sostituzzjoni ta' unitajiet ta' kampjunar jenħtieġ li tittieħed mill-awtorità tal-awditjar abbażi tal-ġudizzju professjonali tagħha.”;

    (b)

    fil-paragrafu 9, it-tieni u t-tielet subparagrafi huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “Madankollu, skont il-karatteristiċi tal-unità tal-kampjunar, l-awtorità tal-awditjar tista' tiddeċiedi li tapplika s-subkampjunar. Il-metodoloġija għall-għażla tal-unitajiet tas-subkampjunar għandha ssegwi l-prinċipji li jippermettu l-projezzjoni fil-livell tal-unità ta' kampjunar.”;

    (13)

    L-Anness III huwa emendat kif ġej:

    (a)

    l-entrata tad-data 2 hija sostitwita b'dan li ġej:

    “Informazzjoni dwar jekk il-benefiċjarju huwiex korp tal-liġi pubblika jew korp tal-liġi privata jew persuna fiżika”;

    (b)

    l-entrata tad-data 46 hija sostitwita b'dan li ġej:

    “Ammont ta' nefqa eliġibbli fi pretensjoni ta' pagament li tifforma l-bażi għal kull pagament lill-benefiċjarju, akkumpanjat, għal operazzjonijiet soġġetti għall-forma ta' appoġġ imsemmi fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 67(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, b'referenza għall-kundizzjoni ta' finanzjament korrispondenti ssodisfata”;

    (c)

    L-entrata tad-data 80 hija sostitwita b'dan li ġej:

    “L-ammont totali ta' nefqa eliġibbli mġarrba mill-benefiċjarju u mħallsa fl-implimentazzjoni tal-operazzjoni inkluża f'kull applikazzjoni għal ħlas, akkumpanjat, għal operazzjonijiet soġġetti għall-forma ta' appoġġ imsemmi fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 67(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, b'referenza għall-kundizzjoni ta' finanzjament korrispondenti ssodisfata”;

    (d)

    l-entrata tad-data 87 hija sostitwita b'dan li ġej:

    “Fil-każ ta' għajnuna mill-Istat fejn japplika l-Artikolu 131(5) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-ammont tal-avvanz inkluż f'applikazzjoni ta' ħlas li, fi żmien tliet snin mill-ħlas tal-avvanz, ikun ġie kopert min-nefqa mħallsa mill-benefiċjarju jew, meta l-Istati Membri jkunu ddeċidew li l-benefiċjarju huwa l-korp li jagħti l-għajnuna skont il-punt (a) tal-Artikolu 2(10), mill-korp li jirċievi l-għajnuna”;

    (e)

    l-entrata tad-data 88 hija sostitwita b'dan li ġej:

    “Fil-każ ta' għajnuna mill-Istat fejn japplika l-Artikolu 131(5) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-ammont imħallas lill-benefiċjarju taħt l-operazzjoni jew, meta Stati Membri ddeċidew li l-benefiċjarju huwa l-korp li jagħti l-għajnuna skont il-punt (a) tal-Artikolu 2(10), lill-korp li jirċievi l-għajnuna, bħala avvanz inkluż f'applikazzjoni għal ħlas li ma tkunx ġiet koperta min-nefqa mħallsa mill-benefiċjarju u li għaliha l-perjodu ta' tliet snin ma jkunx għadu għadda”.

    Artikolu 2

    Il-punt (c) tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 jiġi korrett hekk:

    “(c)

    verifiki ta' ġestjoni jitwettqu matul il-perjodu ta' programmar u matul it-twaqqif u l-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji skont l-Artikolu 125(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għall-FEŻR, il-FSE, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FEMS, u skont l-Artikolu 58(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għall-FAEŻR;”.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Il-punt (2) tal-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2014.

    Il-punt (5) tal-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2018.

    Il-punt (12) tal-Artikolu 1 u l-Artikolu 2 għandu japplika mill-14 ta' Mejju 2014.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Frar 2019.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.

    (2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 tat-3 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (ĠU L 138, 13.5.2014, p. 5).

    (3)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

    (4)  Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).


    Top