29.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 142/9 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/886
tat-12 ta' Frar 2019
li jemenda u jikkoreġi r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar l-istrumenti finanzjarji, l-għażliet tal-ispejjeż issimplifikati, ir-rekord tal-awditjar, il-kamp ta' applikazzjoni u l-kontenut tal-awditjar tal-operazzjonijiet u l-metodoloġija għall-għażla tal-kampjun tal-operazzjonijiet u l-Anness III
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li tikkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 38(4), l-Artikolu 39a(7), l-Artikolu 40(4), l-Artikolu 41(3), l-Artikolu 42(6), il-punt (b) tal-Artikolu 61(3), it-tieni paragrafu tal-Artikolu 68, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 125(8), l-Artikolu 125(9), u l-Artikolu 127(7) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 (2) jistabbilixxi, fost oħrajn, regoli speċifiċi dwar ir-rwol, l-obbligazzjonijiet u r-responsabbiltà tal-korpi li jimplimentaw strumenti finanzjarji, kif ukoll dwar il-kriterji relatati tal-għażla u l-prodotti finanzjarji. Wara l-emenda tat-Titolu IV tal-Parti Tnejn tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 mir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), jenħtieġ li r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 jiġi emendat biex ikun konformi ma' dawk il-bidliet. |
(2) |
Fl-Artikolu 38(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, ġiet introdotta opzjoni ġdida ta' implimentazzjoni għall-kombinament ta' fondi mill-Fondi ESI bi prodotti finanzjarji tal-BEI taħt il-Fond Ewropew għall-Investiment Strateġiku, li l-kundizzjonijiet tagħha ġew stabbiliti fid-dettall fl-Artikolu 39a ġdid tar-Regolament imsemmi. B'dan il-mod, il-bażi ġuridika u l-kamp ta' applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 dwar ir-rwol, l-obbligazzjonijiet u r-responsabbiltà tal-korpi li jimplimentaw strumenti finanzjarji, kif ukoll dwar il-kriterji relatati tal-għażla u l-prodotti finanzjarji, jenħtieġ li jiġu emendati sabiex tiġi inkluża wkoll referenza għall-Artikolu 39a tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. |
(3) |
Fl-Artikolu 38(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, ir-regoli għal għoti dirett lil banek jew istituzzjonijiet bi sjieda pubblika ġew iċċarati. Jenħtieġ li l-Artikolu 7 u 10 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 jiġu emendati skont dan. Hekk kif il-bidliet fl-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill japplikaw mill-1 ta' Jannar 2014, l-emendi fl-Artikolu 7 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta' Jannar 2014. Peress li l-bidliet fl-Artikolu 39a tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill japplikaw mill-1 ta' Jannar 2018, jenħtieġ li l-emenda fl-Artikolu 10 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 tapplika mill-1 ta' Jannar 2018. |
(4) |
L-Artikolu 43a ġdid tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jiċċara r-regoli li jirregolaw it-trattament differenzjat tal-investuri fil-każ ta' kondiviżjoni tal-profitt u tar-riskju. L-Artikoli 6(1) u 9(1) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan. |
(5) |
L-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 ġie emendat sabiex jippermetti lill-awtoritajiet innominati jiksbu l-assigurazzjoni meħtieġa meta jwettqu l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-verifiki, il-kontrolli u l-awditi fuq il-bażi ta' rapporti konsistenti, kwalitattivi u fil-ħin li għandhom jiġu pprovduti lill-BEI jew lil istituzzjonijiet finanzjarji oħra li fihom Stat Membru huwa azzjonist. B'dan il-mod, u abbażi tat-tagħlimiet miksuba rigward l-implimentazzjoni tal-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 9 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014, dawk il-paragrafi jenħtieġ li jitħassru. |
(6) |
L-Artikolu 9 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 jistabbilixxi regoli speċifiċi addizzjonali dwar il-ġestjoni u l-kontroll ta' strumenti finanzjarji stabbiliti fil-livell nazzjonali, reġjonali, transnazzjonali jew transfruntier. Barra minn hekk, il-punt (c) tal-paragrafu 1 ta' dak l-Artikolu jinkludi referenza żbaljata għar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għall-FAEŻR li jenħtieġ li tiġi korretta. |
(7) |
Ir-referenzi fid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 jenħtieġ li jiġu allinjati mat-terminoloġija fid-dispożizzjonijiet emendati fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tal-għoti dirett, it-trattament differenzjat tal-investituri, it-terminu tal-liġi tal-għajnuna mill-Istat “investitur li jopera taħt il-prinċipju ta' ekonomija tas-suq”, kif ukoll biex jirriflettu l-istess trattament ta' istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali bħall-BEI f'konformità mal-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. |
(8) |
L-Artikolu 61(8) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 ġie emendat mir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 sabiex jipprevedi li ma japplikax għal operazzjonijiet li għalihom l-appoġġ jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. L-Artikolu 19(6) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 jipprevedi li t-twaqqif ta' rati ta' skont finanzjarju għandu jsir fil-livell tal-Istati Membri. Madankollu, sabiex jiġi żgurat rieżami omoġenu u bla intoppi tal-proġetti ewlenin f'dak li jikkonċerna l-indikaturi tal-profittabbiltà finanzjarja għal proġetti taħt għajnuna mill-Istat, jenħtieġ li l-Artikolu 19(6) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 jitħassar sabiex jiġu permessi rati ta' skont finanzjarju speċifiċi għall-proġett li jirriflettu n-natura tal-investitur jew tas-settur. |
(9) |
Barra minn hekk, l-Artikoli 67 u 68 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 dwar l-għażliet tal-ispejjeż issimplifikati ġew emendati u l-Artikoli 68a u 68b ġew introdotti mir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Għalhekk, l-Artikoli 20 u 21 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan biex jiġi żgurat li jiġu kkoreġuti referenzi għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. |
(10) |
Jenħtieġ li jiġu previsti wkoll regoli speċifiċi f'dan ir-Regolament fir-rigward tar-rekord tal-awditjar u tal-awditjar ta' operazzjonijiet, stabbiliti rispettivament fl-Artikoli 25 u 27 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014, fir-rigward tal-forma ġdida ta' appoġġ għal operazzjonijiet permezz ta' finanzjament mhux marbut mal-ispejjeż imsemmija fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 67(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. |
(11) |
Sabiex jiġi żgurat approċċ koerenti dwar kif tinkiseb assigurazzjoni fuq l-affidabbiltà ta' data relatata ma' indikaturi u għanijiet, ikun xieraq li jiġi speċifikat fl-Artikolu 27(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 li dan l-element jenħtieġ li jkun parti mix-xogħol tal-awditjar fuq l-awditjar tal-operazzjonijiet. |
(12) |
L-Artikolu 28(8) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 jispeċifika l-proċedura tal-għażla tal-kampjun fejn japplikaw il-kundizzjonijiet għall-arranġamenti tal-kontroll proporzjonali previsti fl-Artikolu 148(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. Sabiex jiġu ċċarati l-għażliet disponibbli għall-awtorità tal-awditjar, jenħtieġ li d-dispożizzjoni tiġi emendata biex tiddikjara li d-deċiżjoni biex jintużaw l-esklużjoni jew is-sostituzzjoni tal-unitajiet tal-kampjunar jenħtieġ li tittieħed mill-awtorità tal-awditjar abbażi tal-ġudizzju professjonali tagħha. Filwaqt li jitqies li din il-kjarifika diġà ġiet ipprovduta lill-Istati Membri, ikun xieraq li dik l-emenda tapplika b'mod retroattiv b'effett mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament kif adottat għall-ewwel darba. |
(13) |
L-Artikolu 28(9) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 dwar il-metodoloġija tas-subkampjunar jenħtieġ li jiġi emendat biex jiċċara l-livelli possibbli differenti ta' subkampjunar f'operazzjonijiet kumplessi u biex ikopri l-partikolaritajiet kollha, inklużi metodi ta' kampjunar mhux statistiku u karatteristiċi speċifiċi ta' operazzjonijiet implimentati taħt l-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea. Filwaqt li jitqies li din il-kjarifika diġà ġiet ipprovduta lill-Istati Membri, ikun xieraq għal dik l-emenda li tapplika b'mod retroattiv b'effett mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament kif adottat għall-ewwel darba. |
(14) |
Minħabba l-bidliet fid-definizzjoni ta' “benefiċjarju” fil-punt (a) tal-Artikolu 2(10) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 introdotti bir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, ċerti oqsma tad-data fl-Anness III tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan. |
(15) |
F'konformità mal-Artikolu 149(3a) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ġew soġġetti għal konsultazzjoni ta' esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (4). |
(16) |
Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u biex jiġu limitati d-diskrepanzi bejn id-dispożizzjonijiet emendati tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li japplikaw mit-2 ta' Awwissu 2018 jew qabel skont l-Artikolu 282 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għal ammont minimu, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(17) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta' Delega (UE) 480/2014 jiġi emendat u kkoreġut skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
fl-Artikolu 8, is-subtitolu huwa sostitwit b'dan li ġej: “(It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38(4) u l-Artikolu 39a(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)”; |
(4) |
L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
L-Artikolu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 10 Regoli dwar l-irtirar ta' pagamenti li jsiru għall-istrumenti finanzjarji u aġġustamenti konsegwenti fir-rigward ta' applikazzjonijiet għal pagament (L-Artikolu 41(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013) L-Istati Membri u l-awtoritajiet ta' ġestjoni jistgħu biss jirtiraw kontribuzzjonijiet minn programmi għall-istrument finanzjarju msemmi fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 38(1)(a) u l-istrumenti finanzjarji msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 38(1) implimentati skont il-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 38(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jekk il-kontribuzzjonijiet ma kinux diġà inklużi f'applikazzjoni għall-ħlas kif imsemmi fl-Artikolu 41 ta' dak ir-Regolament. Madankollu, fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji sostnunti mill-FEŻR, il-FSE, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FEMS, kontribuzzjonijiet jistgħu jkunu rtirati wkoll jekk l-applikazzjoni għall-ħlas li jmiss tkun emendata biex tkun irtirata jew sostitwita n-nefqa korrispondenti”; |
(6) |
fl-Artikolu 13, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej: “5. Meta l-biċċa l-kbira tal-kapital investit f'intermedjarji finanzjarji li jipprovdu ekwità huwa pprovdut minn investituri li joperaw skont il-prinċipju ta' ekonomija tas-suq u l-kontribuzzjoni tal-programm hija pprovduta pari passu ma' dawk l-investituri, l-ispejjeż u t-tariffi ta' ġestjoni għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tas-suq u ma jeċċedux dawk pagabbli mill-investituri privati”; |
(7) |
fl-Artikolu 19, il-paragrafu 6 jitħassar; |
(8) |
fl-Artikolu 20, is-subtitolu huwa sostitwit b'dan li ġej: “(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)”; |
(9) |
fl-Artikolu 21, is-subtitolu huwa sostitwit b'dan li ġej: “(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)” |
(10) |
Il-paragrafu 1 tal-Artikolu 25 huwa emendat kif ġej:
|
(11) |
L-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej:
|
(12) |
L-Artikolu 28 huwa emendat kif ġej:
|
(13) |
L-Anness III huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Il-punt (c) tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 jiġi korrett hekk:
“(c) |
verifiki ta' ġestjoni jitwettqu matul il-perjodu ta' programmar u matul it-twaqqif u l-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji skont l-Artikolu 125(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għall-FEŻR, il-FSE, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FEMS, u skont l-Artikolu 58(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għall-FAEŻR;”. |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punt (2) tal-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2014.
Il-punt (5) tal-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2018.
Il-punt (12) tal-Artikolu 1 u l-Artikolu 2 għandu japplika mill-14 ta' Mejju 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Frar 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.
(2) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 tat-3 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (ĠU L 138, 13.5.2014, p. 5).
(3) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(4) Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).