This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D1753
Commission Decision (EU) 2015/1753 of 30 September 2015 on confirming the participation of Italy in enhanced cooperation in the area of the creation of unitary patent protection
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1753 tat-30 ta' Settembru 2015 dwar il-konferma tal-parteċipazzjoni tal-Italja fil-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien tal-protezzjoni tal-privattiva unitarja
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1753 tat-30 ta' Settembru 2015 dwar il-konferma tal-parteċipazzjoni tal-Italja fil-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien tal-protezzjoni tal-privattiva unitarja
ĠU L 256, 1.10.2015, p. 19–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
1.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 256/19 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1753
tat-30 ta' Settembru 2015
dwar il-konferma tal-parteċipazzjoni tal-Italja fil-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien tal-protezzjoni tal-privattiva unitarja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 328(1) u 331(1) tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/167/UE tal-10 ta' Marzu 2011 li tawtorizza l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta' protezzjoni tal-privattiva unitarja (1),
Wara li kkunsidrat in-notifika mill-Italja tal-intenzjoni tagħha li tipparteċipa fil-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta' protezzjoni tal-privattiva unitarja,
Billi:
(1) |
Fl-10 ta' Marzu 2011, il-Kunsill iddeċieda li jawtorizza kooperazzjoni msaħħa bejn l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, l-Iżvezja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, ir-Renju Unit u l-Ungerija fil-qasam tal-ħolqien ta' protezzjoni tal-privattiva unitarja. |
(2) |
Fis-17 ta' Diċembru 2012, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Regolament (UE) Nru 1257/2012 (2). |
(3) |
Fis-17 ta' Diċembru 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 1260/2012 (3). |
(4) |
L-Italja nnotifikat l-intenzjoni tagħha li tipparteċipa f'kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta' protezzjoni tal-privattiva unitarja b'ittra datata t-2 ta' Lulju 2015, li l-Kummissjoni rreġistrat li rċevietha fl-20 ta' Lulju 2015. |
(5) |
Il-Kummissjoni tinnota li la d-Deċiżjoni 2011/167/UE u lanqas ir-Regolamenti (UE) Nru 1257/2012 u (UE) Nru 1260/2012 ma jippreskrivu ebda kundizzjoni partikolari tal-parteċipazzjoni f'kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta' protezzjoni tal-privattiva unitarja u li l-parteċipazzjoni tal-Italja għandha ssaħħaħ il-benefiċċji ta' din il-kooperazzjoni msaħħa. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Parteċipazzjoni tal-Italja f'kooperazzjoni msaħħa
1. Il-parteċipazzjoni tal-Italja f'kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta' protezzjoni tal-privattiva unitarja awtorizzata bid-Deċiżjoni 2011/167/UE, hija kkonfermata.
2. Ir-Regolamenti (UE) Nru 1257/2012 u (UE) Nru 1260/2012 għandu japplika għall-Italja skont din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Notifika li trid tingħata mill-Italja
1. L-Italja għandha tinnotifika lill-Kummissjoni bil-miżuri adottati skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2012 sad-data tal-applikazzjoni ta' dak ir-Regolament:
2. L-Italja għandha tinnotifika lill-Kummissjoni bil-miżuri adottati skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2012 sad-data ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament jew fil-każ fejn il-Qorti Unifikata tal-Privattivi ma jkollhiex ġurisdizzjoni esklussiva fl-Italja fir-rigward tal-privattivi Ewropej b'effett unitarju fid-data ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament, sad-data li minnha l-Qorti Unifikata tal-Privattivi jkollha tali ġurisdizzjoni esklussiva fl-Italja.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1257/2012 u (UE) Nru 1260/2012 fl-Italja
1. Ir-Regolamenti (UE) Nru 1257/2012 u (UE) Nru 1260/2012 jidħlu fis-seħħ fl-Italja fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Ir-Regolamenti (UE) Nru 1257/2012 u (UE) Nru 1260/2012 għandhom japplikaw għall-Italja fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar Qorti Unifikata tal-Privattivi
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Settembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 76, 22.3.2011, p. 53.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1257/2012 tas-17 ta' Diċembru 2012 li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta' protezzjoni tal-privattiva unitarja (ĠU L 361, 31.12.2012, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1260/2012 tas-17 ta' Diċembru 2012 li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta' protezzjoni tal-privattiva unitarja fir-rigward tal-arranġamenti applikabbli għat-traduzzjoni (ĠU L 361, 31.12.2012, p. 89).